Aħbarijiet | 22 ta’ Frar 2009 Nr 121
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Illum xtaqet tiċċekkja mal-Kunsill tal-Studenti Universitarji (KSU) jekk inbidlitx il-fehma dwar li jiddaħlu magni tal-condoms fl-Università wara li l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina (MMSA) ippreżentatilhom il-proposti ġodda tagħha f”Ottubru li għadda. S’issa ma nbidel xejn.
Din il-gazzetta bagħtet mistoqsijiet ċari lill-Kunsill: “X’inhi l-politka tal-KSU din is-sena dwar il-magni tal-condoms installati fl-Università? Qegħdin taħdmu biex dawn ikunu aċċessibbli f’bosta bini differenti fl-Università? Jekk iva, għaliex? Jekk le, għaliex?”
Iżda l-kordinatur għall-politka soċjali bagħtilna biss il-politka tas-saħħa sesswali li jħaddan il-Kunsill li hi waħda msejsa fuq il-prinċipji tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO): tal-ABC li ssarraf f’astinenza, li jinżamm sieħeb/ sieħba waħda u li jintuża l-condom.
Il-magni tal-condoms qatt ma jissemmew f’din il-politika minkejja li l-Kunsill jemmen fl-użu tal-condoms waqt atti sesswali.
Il-kwistjoni tal-magni tal-condoms fl-Università tqajmet għall-ewwel darba fl-1993. L-ironija hi li l-condoms saru jistgħu jinxtraw minn kullimkien anki minn ħwienet tal-ħelu iżda l-Università tibqa’ waħda mill-ftit postijiet li tibqa’ tirrifjuta li jinbiegħu mill-bini tagħha.
|
|

Julia Farrugia tintervista lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Arrigo
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni u Peppi
- Carmen Sammut
- Edward Demicoli
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|