MediaToday

Aħbarijiet | 22 ta’ Frar 2009 Nr 121

Re Kavallier

Julia Farrugia

Sit elettroniku fil-Ghana ħabbar li Re Drolor Bosso Adamtey tal-Ghana se jkun l-ewwel mexxej Afrikan li se jingħata t-titlu ta’ Kavallier fl-Ordni St John of Jerusalem Hospitaliers Echumenical Order. Skont is-sit iċ-ċerimonja tal-investitura se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-Castello dei Baroni fil-Wardija. Adamtey, li fil-ħajja privata tiegħu hu magħruf bħala Dr Kingsley Fletcher, inħatar re tas-Shai, żona tradizzjonali fil-Ghana fl-1999.
Skont ir-rapport barrani r-Re se jkun it-tielet l-aktar persuna għolja fl-Ordni.
F’kummenti li ta r-Re qal li mhix xi ħaġa komuni li mexxej Afrikan ikun mistieden jingħaqad fl-Ordni.
“Minħabba li hu ġest ta’ nobbiltà aċċettajt bil-ħerqa,” saħaq.
Hu kien ikkwotat igħid li hi x-xewqa tiegħu li “juża l-pożizzjoni tiegħu biex b’mod pożittiv jinfluwenza l-progress f’isem dawk in-nies li huma emarġinati.”
Hu stmat li matul l-2008 l-Ordni ta’ Malta għaddiet $40 miljun f’servizzi u oġġetti għall-karità.
Ir-Re Adamtey kien konsulent għall-Assistent Segretarju Ġenerali u d-Direttur tal-Programm tal-Iżvilupp tal-Ġnus Magħquda. Hu wkoll l-awtur ta’ 14-il ktieb u għandu dottorat fil-filosofija u fit-teoloġija.
Ir-Re hu wkoll il-fundatur ta’ ‘Life for Africa’, organizazzjoni umanitarja li taħdem biex toffri appoġġ lin-nazzjonijiet fl-Afrika.

Intervista
Il-bieb tiegħi dejjem miftuħ

Julia Farrugia tintervista lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Arrigo


Editorijal
It-talent meħtieġ



Wenzu Mintoff
It-toroq



Carmelo M. Bonnici
Kapitoli miktuba fid-deżert



Joe Ellis
Il-liġijiet tal-kera II



Emmanuel Micallef
Wake-up Call



Toni u Peppi
X’jiswa li Simon Busuttil ressaq riżoluzzjoni dwar l-immigranti fil-Parlament Ewropew?


Il-Punt - Carmen Sammut
Dan xi spin hu?


Il-kandidati jgħidu tagħhom - Edward Demicoli
L-immigrazzjoni rregolari u l-logħba politika ta’ Joseph Muscat

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan