Aħbarijiet | 22 ta’ Frar 2009 Nr 121
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Minkejja li l-Gvern se jżid fl-ispejjeż tiegħu b’madwar €6,000 fis-sena biex jippubblika l-Gazzetta tal-Gvern fuq karta riċiklata għalissa għad m’hemmx ħsieb li din togħla fil-prezz. Dan ikkonfermah Chris Said, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, wara li Illum bgħatitlu xi mistoqsijiet.
“Le, s’issa għad m’hemmx il-ħsieb li togħla l-Gazzetta tal-Gvern għax fuq karta riċiklata. Meta tqis l-ispejjeż tal-produzzjoni, ma tridx tqis biss l-ispejjeż tal-istampar għax dan jinvolvi ħafna xogħol qabel ma tasal biex jiġu stampati l-ftit mijiet li joħorġu fuq il-karta.
“Din titla’ online bla ħlas mill-ewwel u tajjeb tkun taf li l-ħarġa tat-2 ta’ Jannar li għadda, ġiet downloaded 23,800 darba! Mhix ċifra normali imma dakinhar, barra li kien hemm tliet liġijiet (MFSA, Sigurtà Soċjali u Reġistrazzjoni tal-Art) kienet ukoll il-ġurnata li ngħatat il-pubbliċità għall-fatt li qlibna fuq il-karta riċiklata u b’hekk kellna iktar attenzjoni mill-pubbliku.”
Mistoqsi jekk l-ispejjeż jiġux mifdija mill-abbonamenti, Said wieġeb: “Żgur li l-ispejjeż tal-produzzjoni ma jiġux mifdija imma ntenni li dan hu servizz obbligatorju li għandu l-Gvern u li joħroġ anki mil-Liġi.”
Il-Gazzetta b’kollox għandha 491 abbonament. Fid-dipartimenti tal-Gvern jitqassmu 148 kopja, lill-pubbliku ġenerali 309, 33 lill-entitajiet u waħda tintbagħat barra minn Malta.
|
|

Julia Farrugia tintervista lill-Membru Parlamentari Nazzjonalista Robert Arrigo
Editorijal


Wenzu Mintoff

Carmelo M. Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef

Toni u Peppi
- Carmen Sammut
- Edward Demicoli
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|
|