Aħbarijiet | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119
Matul dawn l-aħħar jiem f’Ħaż-Żabbar beda x-xogħol ta’ tarmak f’erba’ toroq partikolari iżda kif jixhed dan ir-ritratt, triq li tinsab biswithom għadha tistenna l-‘miraklu’ jseħħ.
Kienet din il-gazzetta li fl-14 ta’ Settembru xxandret storja fejn fiha kixfet kif kunsill b’maġġoranza Laburista wara sejħa għall-offerti ddeċieda li jagħmel wiċċ ġdid fi Triq G Agius Muscat, fi Triq Ċulqana, fi Triq it-Tut u fi Triq Nicol Biancardi. Għal xi raġuni ddeċieda li jħalli barra Triq Leli Tabone. Madankollu kien xerred il-wegħda fost in-nies li jekk jibqa’ flus mill-istess offerta din it-triq issir ukoll.
Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill kien ikkonferma ma’ Illum li “hu minnu li l-Kunsill qed jikkunsidra li jekk l-ispiża tax-xogħol ma taqbiżx l-ammont tat-tender, din it-triq tiġi rranġata wkoll.
“Din id-dikjarazzjoni għokrot għajn ir-residenti tant li kien hemm min staqsa kif jista’ jkun li wara li jinfetħu l-offeri kollha u jintagħżel il-kuntrattur il-Kunsill imur fuq l-istess kuntrattur u jgħidlu biex bl-istess flus ta’ erba’ toroq jagħmel il-ħames triq b’xejn!”
Dan l-aħħar beda x-xogħol fuq l-erba’ toroq u Triq Leli Tabone baqgħet tistenna fost it-tħarbit u l-ħofor fondi.
“Din hija l-iqsar triq, u kif jistgħu jaraw il-qarrejja, hi fi stat ħażin ħafna. Għaliex il-kunsill qed jittrattana b’dan il-mod? Din diskriminazzjoni sfaċċata man-nies li noqogħodu f’din it-triq,” sostniet residenta. |
|
Intervista

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela
Editorijal


Wenzu Mintoff
Toni Abela

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef
Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format
Email:
illum@mediatoday.com.mt

Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu

Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF




|