Aħbarijiet | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119
Julia Farrugia
Medda kbira ta’ art f’Ħal Far inbidlet f’ċimiterju ta’ containers vojta. Il-post hu fl-inħawi fejn hemm il-kampijiet li fihom jinżammu l-immigranti li jidħlu Malta.
Jidher li din il-ħażna kbira ta’ containers sabet l-għeruq tagħha wara d-daqqa ekonomika globali li issa bdiet tinħass sew ukoll fil-Freeport.
Persuni midħla sew tal-Port Ħieles sostnew li peress li x-xogħol ta’ trasbord ħa daqqa ta’ ħarta ’l isfel Malta kompliet taqla’ d-daqqiet ta’ din il-mewġa.
Qed jingħad li f’dawn l-aħħar xhur is-CMA waqqfet numru kbir ta’ vapuri li qabel kienu jidħlu Malta. Dan għaliex ma kienx qed ikun ekonomikament vijabbli li jinħadmu lokalment.
Fost l-oħrajn ix-xogħol jitlob li jkunu proċessi talbiet ta’ trasbord. Dan is-servizz ikun offrut fil-Freeport meta jidħlu vapuri b’merkanzija fuqhom u x-xogħol ikun irid jitqassam lejn pajjiżi differenti.
F’Malta jinħattu dawk il-kaxxi meħtieġa u jitpoġġew f’containers għal tal-apposta. Minn hawn il-containers jitqassmu fuq vapuri iżgħar li jkunu se jbaħħru lejn Malta bid-destinazzjoni finali tkun pajjiż ieħor.
Peress li x-xogħol ta’ din ix-xorta naqas drastikament il-Freeport spiċċat bi kwantitajiet ta’ containers vojta. Persuni li jaħdmu l-Port Ħieles sostnew li l-bitħa nterna tal-Freeport hi fil-veru sens tal-kelma ppakkjata bil-containers u l-art mhux qed tesa’. Kien għalhekk li art f’Ħal Far ittieħdet biex fiha bdew jintefgħu l-containers battala.
Mhux magħruf jekk din l-art inxtratx u, jekk iva, kemm tħallsu flus biex ġiet akkwistata. |
|
Intervista

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela
Editorijal


Wenzu Mintoff
Toni Abela

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef
Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format
Email:
illum@mediatoday.com.mt

Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu

Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF




|