Aħbarijiet | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119
Julia Farrugia
Maltastar.com , is-sit elettroniku tal-Partit Laburista, għadu fil-veru sens tal-kelma fil-limbu hekk kif wara li l-PL iddeċieda li “temporanjament” iwaqqaf is-servizz biex suppost itejjeb il-kwalità, is-sit għadu mitfi.
Il-proġett tal-gazzetta elettronika Maltastar kien wieħed mill-ideat ta’ Alfred Sant u kien saħansitra sar ġbir ta’ fondi biex kif kien jgħid l-MLP, “il-messaġġ tal-partit jasal aħjar.”
Oriġinarjament il-proġett tal-Maltastar kien fdat f’idejn Joseph Muscat li llum hu l-mexxej Laburista. Wara li Muscat kien elett Membru Parlamentari Ewropew ninfloku laħaq Editur ta’ din il-gazzetta Kurt Farrugia li s-sena li għaddiet inħatar Direttur tal-Media tal-Partit Laburista.
Is-servizz tal-Maltastar twaqqaf ħesrem u minkejja l-wegħdi li ġej lura, l-istilla Maltija baqgħet ma tfaċċatx.
Persuni li sa din il-ġimgħa bdew jippruvaw jidħlu fis-sit www.maltastar.com sabu jilqagħhom avviż aħmar li jgħid: “Attakk rappurtat fis-sit!”
“Twissija – jekk iżżur dan is-sit jista’ jkun ta’ dannu għall-kompjuter tiegħek.”
Fin-nota jispjegalek li “attack sites jippruvaw jinstallawlek programmi li jisirqu informazzjoni privata, jew biex il-kompjuter tiegħek jattakka lil kompjuters oħra jew jagħmlulek ħsara fis-sistema.”
Persuni fil-Partit Laburista f’dawn l-aħħar jiem taw x’jifhmu li s-sit elettroniku se jerġa’ jibda jaħdem. Mhux magħruf la meta u lanqas min se jibda jmexxi dan il-proġett.
Jidher li kienu qed ikunu kkunsidrati pjani biex il-kunċett tal-Maltastar ma jibqax l-istess kif kien qabel iżda minflok joffri l-opportunità biex qarrejja jkunu jistgħu jwieġbu b’mod interattiv. B’dan il-mod il-Partit Laburista jkun qiegħed iservi ta’ għodda politika aħjar fil-mod kif jitwassal il-messaġġ. |
|
Intervista

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela
Editorijal


Wenzu Mintoff
Toni Abela

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef
Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format
Email:
illum@mediatoday.com.mt

Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu

Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF




|