Aħbarijiet | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119
L-eks Ministru tas-Saħħa Laburista Edwin Grech il-bieraħ ittimbra l-appoġġ uffiċjali tiegħu għal Claudette Abela Baldacchino bħala kandidata tal-PL għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-bieraħ li nehdiet il-kampanja tal-kandidata l-mexxej Laburista Joseph Muscat iddeskriva lil Abela Baldacchino bħala “il-kandidata li tista’ tgħaqqad liċ-ċittadin u lill-poplu mal-istituzzjonijiet Ewropej sforz l-esperjenza li għandha kemm fil-qasam tal-kunsilli lokali u anke l-esperjenza f’fora internazzjonali.”
Edwin Grech, missier Karin Grech li nqatlet fis-snin sebgħin, qal li Abela Baldacchino “tħoss il-polz tal-poplu għax tifhem u tħoss il-problemi reali fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji.”
Claudette Abela Baldacchino hi ġurnalista mal-Partit Laburista u l-viċi sindku tal-Qrendi. Is-slogan magħżul minnha hu “B’Saħħitna fl-Ewropa” biex fi kliemha timpenja ruħha fi tliet oqsma ewlenin: l-aspett soċjali, l-aspett ekonomiku, primarjament is-settur tal-impjiegi, u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni llegali.
Abela Baldacchino qalet li rridu nuru bil-fatti li dan il-poplu jistħoqqlu aħjar. Stqarret li rridu nkunu b’saħħitna fl-Ewropa biex nuru li pajjiżna mhux inferjuri u li tassew għandna nkunu bħal
pajjiżi oħra Ewropej fuq kull livell, inkluż f’oqsma li jmissu l-but. |
|
Intervista

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela
Editorijal


Wenzu Mintoff
Toni Abela

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Emmanuel Micallef
Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format
Email:
illum@mediatoday.com.mt

Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu

Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF




|