MediaToday

Aħbarijiet | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119

Arrestat il-plejer Niġerjan, mixli l-kumitat

L-arrest tal-plejer tal-Għarb Rangers FC, in-Niġerjan Dominic Matthias waqt partita futbol nhar il-Ħamis, ħoloq agħa mhux biss fost dawk li jsegwu l-futbol f’Għawdex iżda wkoll f’min ma jinteressah xejn.
Skont stqarrija li ħarġet il-Pulizija lbieraħ, il-Pulizija tar-Rabat, Għawdex ġiet infurmata li fl-istadium ta’ Għawdex kien hemm plejer barrani li dak il-ħin kien qed jilgħab u li ma kellux il-permessi meħtieġa biex joqgħod f’Malta. Wara li l-Pulizija kellmu lil Mathias nstab li l-permess li kellu kien skadut u għalhekk arrestawh.
L-istorja ma waqfitx hemm għall-uffiċjali tal-klabb: Il-President Joseph Cauchi, is-Segretarju Louis Apap u t-Teżorier Mario Saliba lkoll tressqu l-Qorti ta’ Għawdex b’urġenza lbieraħ akkużati talli mpjegaw jew taw xogħol lil persuna eżenti u li ma kellhiex liċenżja mogħtija lilha għal dak l-impjieg jew xogħol; talli mpjegaw persuna li ma kinitx ċittadin ta’ Malta meta dik il-persuna ma kellhiex permess tax-xogħol u talli naqsu li jinnotifikaw lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ b’dan l-impieg.
Minn tfittxija li għamlet din il-gazzetta nstab li Matthias ilu mal-klabb tal-Gharb minn Ottubru li għadda wara li sar transfer mill-klabb ta’ Għajnsielem. Meta tkellimna mat-Teżorier tal-Għarb Rangers, Mario Saliba, dan qalilna li mhux xogħlu li jieħu ħsieb il-permessi ta’ immigrazzjoni ta’ pleyers barranin. Iżda kkonfermalna li Matthias kien regolarment reġistrat mal-Gozo Football Association.
Tkellimna wkoll mas-Sindku tal-Għarb. David Apap, li qalilna li kien Segretarju tal-klabb tal-futbol tar-raħal tiegħu sa xi sena ilu u għalhekk ma kellu xejn x’jaqsam ma’ dan il-każ.
L-arrest spettakolari u l-prosekuzzjoni tal-uffiċjali jagħmlu reklam qawwi għall-idea ta’ implimentazzjoni tal-liġi dwar l-impieg illegali tal-immigranti skont l-iżviluppi l-iżjed riċenti tal-Liġi Ewropea. Madankollu dan il-każ ma jistax jingħad li hu tipiku tal-fenomenu tal-impieg illegali li soltu jsir bil-ħabi.
F’każi simili li seħħew fl-imgħoddi kien hemm suspett li l-klabb kien ħeles minn xi plejer li kien xeba’ minnu billi wassal għad-deportazzjoni tiegħu. F’dan il-każ il-prosekuzzjoni mxiet ukoll kontra l-uffiċjal tal-klabb.
Kummenti li ġbarna dwar dan il-każ f’Għawdex ilumu lil xi partitarju tat-tim ta’ San Lawrenz li rrapporta lil Matthias biex jivvantaġġa lit-tim tiegħu. Oħrajn ilumu lil min kien wiegħed lill-klabb tal-Gharb li juża l-influwenza tiegħu biex jiġġedded il-permess ta’ Mathias u ma wasalx li jżomm kelmtu.

 

Intervista
Il-lingwa: il-bażi tal-identità ta’ kull Malti

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela




Wenzu Mintoff
Bużullotti


Toni Abela
Iċ-ċensura f’Malta għad hawn bżonnha?



Carmelo Mifsud Bonnici
Il-kultura tal-vjolenza



Joe Ellis
Għajnuna fejn trendi l-iżjed



Emmanuel Micallef
Sfida fuq oħra


Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-persuni b’diżabbiltà ‘tfal eterni’?


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

 


Download the front page of ILLUM in PDF format

Email:
illum@mediatoday.com.mt



Illum Search



Man alleges brutal police beating before dying


Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu


Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF



Avvi Klassifikati b'xejn




 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan