MediaToday

Pjazzetta | 08 ta’ Frar 2009 Nr 119

Il-Manoel jiċċelebra l-10 sena ta’ opra

L-10 edizzjoni tal-BOV Opera Festival se jibda nhar it-18 ta’ Marzu fit-Teatru Manoel fost antiċipazzjoni kbira għar-repertorju operistiku ta’ din is-sena. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-CEO tal-Bank of Valletta Tonio Depasquale ippreżenta l-isponsorship uffiċjali tal-Bank għall-Opera Festival 2009 liċ-Chairman tat-Teatru Manoel, Peter Fenech.
Il-kumpanija Franċiża tal-opra ARCAL se ttella’ l-produzzjoni ta’ Vaughan Williams ‘Riders to the Sea’ u produzzjoni speċjali ta’ Milhaud ‘Le Pauvre Matelot’. L-opra magħrufa ta’ Mozart, ‘The Magic Flute’, se jkollha direzzjoni ta’ Miriam Gauci u tinkludi kast kompletament Malti flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta mmexxija mis-Surmast Michael Laus.
Miktuba fl-1927, ‘Riders to the Sea’ hija opra f’att wieħed ta’ Ralph Vaugħan Williams, ibbażata fuq kitba ta’ l-awtur Irlandiz John Millington Synge. Bħad-drammi kollha ta’ Synge, din it-tragedja f’att wieħed tħaddan id-djalogu poetiku tal-Irlanda rurali.
L-istorja hi dwar mara litilfet lir-raġel tagħha, lil missieru u l-ħames subien tagħha fil-baħar. Ispirata minn żjara lill-gzira ta’ Aran, dan ix-xogħol jirrifletti s-sensittività ta’ Synge lejn l-kruha tal-mewt li tezisti fil-ħajja ta’ dawk li hu ltaqa’ magħhom fuq il-gżira. Vaughan Williams ħalla l-kitba ta’ Synge kif kienet u pproduċa biċċa xogħol li hija meqjusa bħala l-aqwa opra tiegħu. Sabiex jirrakkonta l-istorja ta’ din il-mara Vaugħan Williams kiteb waħda mill-aqwa biċċiet mużikali tiegħu.
‘Riders to the Sea’ se tkun kumplimentata bil-produzzjoni ta’ Williams ‘Songs of Travel’ miktuba apposta għall-vuċi baritona. Miktubin bejn l-1901 u l-1904, id-disa’ kanzunetti ttieħdu minn volum ta’ poeżiji ta’ Robert Louis Stevenson bl-istess isem li jirrappreżentaw l-ewwel prova proprja ta’ William fil-kitba ta’ kanzunetti. ARCAL se jtellgħu ż-żewġ produzzjonijiet nhar it-18 u d-19 ta’ Marzu.
Bejn l-20 u t-23 ta’ Marzu se tittella’ l-produzzjoni ‘Le Pauvre Matelot’ (Il-Baħħar Fqir), opra fi tliet atti miktuba minn Darius Milhaud, fuq librett ta’ Jean Cocteau.
Hi traġedja li tirrakkonta kif baħħar fqir jasal lura d-dar tiegħu apposta b’mod li ma jintgħarafx iżda jinqatel mill-mara tiegħu stess minħabba li l-istorja li hu kien ivvinta kienet waħda kredibbli ħafna u l-mara tiegħu riedet teħilsu mid-dejn li ħasbet li kellu.
‘The Magic Flute’ tagħlaq il-festival f’żewġ iljieli nhar l-24 u l-25 ta’ Marzu. Sa mill-ewwel darba li ttellgħet l-opra minn dejjem kienet waħda mill-aktar maħbuba. ‘The Magic Flute’ hi ħrafa iżda titqies ukoll bħala allegorija favur il-filosofija tal-Illuminzzjoni. Il-Reġina tal-Lejl hi rappreżentazzjoni perikoluża ta’ dak li hu oskur fejn l-antagonist Sarastro hu simbolu ta’ mexxej li jmexxi b’għerf paternalistiku u b’tagħrif meqjus illuminat.
Aktar tagħrif jinkiseb minn www.bov.com u www.teatrumanoel.com.mt. Il-bookings jistgħu jsiru permezz ta’ bookings@teatrumanoel.com.mt.

 

Intervista
Il-lingwa: il-bażi tal-identità ta’ kull Malti

Franica Pulis tintervista lil Karistu Abela




Wenzu Mintoff
Bużullotti


Toni Abela
Iċ-ċensura f’Malta għad hawn bżonnha?



Carmelo Mifsud Bonnici
Il-kultura tal-vjolenza



Joe Ellis
Għajnuna fejn trendi l-iżjed



Emmanuel Micallef
Sfida fuq oħra


Il-Punt - Dr Andrew Azzopardi
Il-persuni b’diżabbiltà ‘tfal eterni’?


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta

 


Download the front page of ILLUM in PDF format

Email:
illum@mediatoday.com.mt



Illum Search



Man alleges brutal police beating before dying


Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu


Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF



Avvi Klassifikati b'xejn




 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan