MediaToday

Pjazzetta | 01 ta’ Frar 2009 Nr 118

Nisa li kitbu, nisa li kitbu dwarhom

Joe Cassar

Il-vjolenza: fost oħrajn kitbu dwarha tliet ħassieba nisa tas-seklu l-ieħor. Hannah Arendt (1906-1975), Simone Wein (1909-1943) u Rachel Bespaloff (1895-1949), it-tlieta ta’ nisel Lhudi, it-tlieta li riedu jfissru l-waħx tan-Nażiżmu.
Il-Ħamis 31 ta’ Mejju 1962 Adolph Eichmann tneħħa fuq il-forka. Il-ġisem inħaraq u l-irmied inxtered fuq il-Baħar tal-Mediterran għall-mewt b’kuraġġ kbir.
Kien instab u nqabad fl-Arġentina minn aġenti tal-Iżrael. Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija rnexxielu jaħrab. Sab ruħu fit-Tiroll u ħa l-isem falz ta’ Klement Riccardo. Wasal l-Arġentina. Meta kien se jitressaq quddiem qorti f’Ġerusalemm b’imħallfin Iżraeljani, Arendt talbet lill-gazzetta The New Yorker biex tibgħatha Ġerusalemm ħalli tirrapporta l-‘ġuri’. L-artikli li kitbet f’din il-gazzetta wara ġabrithom fi ktieb li qajjem kontroversji kbar Eichmann In Gerusalem.
Arendt tgħarbel ix-xhieda mogħtija quddiem il-qorti, fosthom dik mogħtija minn Eichmann biex tberraħ il-karattru tiegħu, tal-Lhud matul il-gwerra. Bħal ħafna tfittex kif il-kultura kbira Ewropea baxxiet rasha quddiem in-Nażiżmu. Ukoll: x’jiġri fi stat bl-liġijiet kriminali li jħallu jsir qtil ta’ miljuni ta nies jum wara jum, il-kuxjenza ta’ min jagħti ħajja bix-xogħol tiegħu biex iwettaq dawn il-liġijiet? Twieġeb għall-mistoqsijiet li sal-lum hemm dwarhom tweġibiet differenti.
Skont Arendt, Ben-Gurion ried iqajjem bil-qawwa dak li ġarrbu l-Lhud matul il-ġrajja twila tagħhom, tiġrib li laħaq il-quċċata fl-Olokawst li Malta issa qed tiċċelebrah.
Ma tgħidx li Eichmann ma kienx ħati. Skont hi Eichmann kien bniedem li fil-hajja ma rnexxiex, ried ikun importanti, qatt ma laħaq fejn ried, xtaq li jsir xi ħaġa kif Hitler mix-xejn sar kollox. Bniedem li dwar iż-Żioniżmu kien qara biss ktieb jew tnejn. Kellu memorja dgħajfa u bħal Ponzju Pilatu ħalla l-kuxjenza torqod u tidra n-ngħas.
Fi Nuremberg l-isem ta’ Adolph Eichmann kien issemma ħafna drabi. Kemm sħabu u kemm l-għedewwa emmnu li kien miet fit-taqtigħa meta l-armata Sovjetika bdiet dieħla Berlin. Issemma bħala bniedem li kien responsabbli għall-ġbir ta’ eluf kbar ta’ Lhud, l-ewwel meħuda f’ghetto u wara f’kampijiet ta’ konċentrament għall-qatla jew għal xogħol bħala lsiera fil-fabbriki ta’ Krupp.
Hu għen biex isir ġenoċidju, kelma tal-Liġi li nħolqot wara l-Aħħar Gwerra. Seta’ l-Istat tal-Iżrael jaħtaf bniedem minn pajjiż ieħor? Id-difiża u l-prosekuzzjoni wettqu dmirhom skont il-kuxjenza u skont il-Liġi?
Il-Kunsill Lhudi tax-Xjuħ intlagħab minn Eichmann li wegħdu li se jirranġa kollox għall-ġid ta’ kulħadd.
F’xi żmien il-Kunsill beda jaħseb li jċedi ftit minn ħutu biex ma jinqeridx kulħadd. In-Nażisti għamlu l-flus minn fuq Lhud li ħarbu lejn pajjiż ieħor kif ukoll fuq il-Lhud maqtula.
Il-poplu Ġermaniż baqa’ jemmen f’Hitler ukoll meta kollox kien mitluf. Il-ħtija għall-massakri ma kinitx biss ta’ erba’ kriminali imma ta’ poplu sħiħ li dara jisma’ kliem jinbidel biex jitwettaq dak li jgħajjat is-sema għall-ġustizzja.

****

Xi ħaġa ta’ inqas ħsieb. Poplu jgħassar ieħor. Il-ġlieda għall-ħelsien tal-Lhud mill-Eġittu. Il-muntanja Horeb fejn Mosè maħrub mill-Eġittu jsir raħħal. Hemmhekk jiltaqa’ ma’ mara — Zipporah — li l-lewn tal-ġilda tagħha ma kienx bħal ta’ ħutha u lanqas bħal tiegħu.
Xi ħadd jgħid li l-Ħallieq ma riedx li jkun hemm suwed fost il-poplu li għażel. Kemm Mosè u kemm Zipporah inħelsu mill-ibħra u rabbiethom il-ħniena. Zipporah hi l-mara li tħoss l-imħabba imma tifhem li qabel l-għaqda fiż-żwieġ ir-raġel jeħtieġ li jaqdi dmiru lejn il-poplu tiegħu.
Marek Halter (Zipporah) jidħol fil-ġrajja ta’ Mosè u Zipporah kif f’kotba oħra jsawwar il-ġrajja ta’ Lailah, Sarah u Abraham biex ikisser ir-razziżmu.
Jixrob mill-Għanja tal-Għanjiet, joħroġ proża poetika mill-aqwa. Jibni l-ġrajja ta’ poplu ta’ eluf ta’ snin ilu. Il-qasam ta’ Ġetru, il-qasam tal-ħaddiema tal-armi, l-Eġittu kbir setgħan imma li l-ġid kbir qed inawru minn ġewwa.
Ġrajja ta’ poplu li jimxi lejn art imwiegħda lilu, ġieli jaqta’ qalbu, ġieli lest li jmur lura.
“Għall-ewwel darba f’ħafna snin ħsibt fil-ħolma tiegħi, rajt l-ilma jinfetaħ quddiemi, id-dgħajsa togħdos qalb ħitan għoljin ta’ ilmijiet. Rajt għoljiet ta’ ilma jheddu li jingħaqdu ma’ xulxin bħal truf ta’ ġerħa u jibilgħuni.”

****

Mara tikteb dwar mara (The Pickup, Nadine Gordimer). Karozza tieqaf fit-triq. Għajjat ta’ nies mgħaġġla li m’għandhomx minn fejn jgħaddu. Mhix triq żgħira bħal dawk ta’ Malta.
L-Afrika t’Isfel hi kbira. Imorru s-sinjuri tal-Ewropa. Jirnexxielu wkoll jidħol xi immigrant minn pajjiż tad-deżert u tar-riħ. Jagħmel li jista’ biex jaqla’ sold. Isewwi l-karozzi ġewwa garaxx, jorqod f’toqba tas-sid tal-garaxx.
Il-ħajja ta’ Abdu titbiddel meta jibda jsewwi l-karozza ta’ Julie, tfajla bajda bint is-sinjuri u hekk Gordimer toħloq ġrajja ta’ tnejn li minn pajjiż jgħaddu għall-ieħor. Pajjiżi bla tama imma fl-aħħar tinbet il-ħolma Amerikana. Il-bidu iebes għal kulħadd u jitlob is-sagrifiċċji kemm minn min għażel kemm minn min intagħżel.

Ħajr lil Agenda Bookshop

 

Intervista
Mill-iżbarra għal Kordin
Julia Farrugia tintervista lil Natal Bonello




Wenzu Mintoff
Mater caput



Toni u Peppi
L-edukazzjoni: ilbieraħ, illum u għada



Carmelo Mifsud Bonnici
Tajjeb li nibqgħu niftakru



Joe Ellis
Il-bini monumentali jeħtieġ il-ħsieb u l-kalma



Emmanuel Micallef
Sfida fuq oħra


Il-Punt - Gaby Calleja
Il-Knisja u lilhinn minna


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format

Email:
illum@mediatoday.com.mt



Illum Search



Man alleges brutal police beating before dying


Ara l-Video fejn Nicholas Azzopardi jlissen l-aħħar kliem tiegħu


Features
Iddawnlowdja l-features f'PDF



Avvi Klassifikati b'xejn




 


 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan