Aħbarijiet | 25 ta’ Jannar 2009 Nr 117
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa George Abela rriżenja mill-kariga li kien jokkupa fil-Meusac bħala rappreżentant tal-Partit Laburista, 24 siegħa wara diġà bdew jissemmew ismijiet ta’ persuni li potenzjalment jistgħu jimlew dan is-siġġu.
Fi ċrieki differenti fil-PL Wenzu Mintoff qed jissemma’ b’mod kontinwu bħala wieħed mill-persuni li jista’ jkun nominat mill-Mexxej Laburista Joseph Muscat għal din il-kariga. Mintoff għandu diġà esperjenza f’dan il-qasam meta fl-imgħoddi kien okkupa din il-kariga f’isem l-Alternattiva Demokratika.
Fl-istess ħin qed jissemma wkoll Anthony Licari b’dottorat mis-Sorbonne, bi sfond politiku Nazzjonalist imma konvertit għat-twemmin Laburista. Akkademiku li jikteb f’ġurnali lokali Licari hu meqjus minn ħafna bħala moderat.
Jidher iżda li wieħed mill-aktar persuni li għandhom ċans kbir li jispiċċa fl-għażla finali ta’ Muscat hu Joe Mifsud.
Eks-kollega ta’ Muscat fil-Forum Żgħażagħ Laburisti u aktar tard fin-newsroom tal-Partit Laburista Mifsud igawdi r-rispett u l-fiduċja ta’ Muscat.
Mifsud iġorr warajh kuntatti u esperjenza fil-qasam internazzjonali u sas-sajf tas-sena li għaddiet kien ukoll Segretarju Internazzjonali tal-PL. Hu waqaf jokkupa din il-kariga wara li d-delegati Laburisti tellgħu minfloku lil Alex Sceberras Trigona.
Jekk l-għażla finali ta’ Muscat taqa’ fuq Mifsud tista’ tkun meqjusa bħala mossa strateġika biex tikkumpensa għan-nuqqas ta’ Mifsud mill-ogħla strutturi tal-partit.
B’mod awtomatiku jkun qed jingħalaq ukoll il-bieb li minnu tul dawn l-aħħar ġimgħat ħarġu battibekki kontinwi bejn Muscat u Sceberras Trigona.
Meta persuna tinħatar rappreżentatant ta’ partit politiku fuq il-Meusac ma tingħata l-ebda ħlas finanzjarju.
|
|
Harry Vassallo jintervista lill- Profs Kenneth Wain
Editorijal


Emmanuel Micallef

Toni u Peppi

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Toni u Peppi
Pauline Miceli
Joe Cassar
Il-Punt - Esther Sant
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|