Aħbarijiet | 25 ta’ Jannar 2009 Nr 117
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Anke jekk Eurosong ’09, il-festival kanzunetta għall-Ewropa, se jittella’ ġimagħtejn oħra s’issa għadu mhux magħruf jekk hux kulħadd jista’ jibgħat sms biex waqt it-televoting jivvota għall-aħjar kanzunetta.
Il-klijenti tal-kumpanija Redtouch għadhom ma jafux jekk hux għal darb’oħra se jitħallew barra milli jipparteċipaw f’dan il-festival li għadu mfittex minn eluf ta’ Maltin.
F’dawn l-aħħar ġimgħat il-pubbliku kellu sehem dirett biex intagħżlu l-20 kanzunetta finalista hekk kif it-telespettaturi waqt il-programm Euro Showbox fuq il-PBS setgħu jibagħtu l-sms bit-televoting għall-kanzunetta preferuta tagħhom. Iżda persuni li għandhom is-servizz ċellulari mal-kumpanija Redtouch ma tħallewx jibagħtu sms.
Din il-gazzetta staqsiet lill-PBS jekk qattx avviċinat lir-Redtouchfone biex jinkludiha fil-proċess tat-televoting.
Albert Debono, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, sostna li “Il-Malta Song Advisory Team dejjem ried ir-Redtouch u l-operaturi ġodda jkunu hemm ukoll. Però l-emails li ntbagħtu mill-producer qatt ma ġew risposti għalihom.”
Miltub jgħid jekk hemmx ħsieb li tal-inqas għas-serata finali din il-problema tissolva u eluf ta’ ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-għażla tal-kantant/a rebbieħa Debono wieġeb li “Iva, diġà sar kuntatt mal-operaturi l-ġodda għax kien minn dejjem fl-interess tal-PBS li jkollna l-operaturi kollha jaħdmu magħna.”
Jidher iżda li l-verżjonijiet mhux qed jaqblu. Mitluba tagħti r-reazzjoni tagħha, Evelyn Saliba La Rosa, Business Development Manager tar-Redtouchfone, sostniet li “il-kumpanija qatt ma rċeviet emails mill-PBS dwar kif il-konsumaturi tar-Redtouch jistgħu jipparteċipaw bħall-konsumaturi l-oħra minn dan is-servizz.
“Għalkemm qatt ma rċevejna dawn l-emails, kien biss ftit tal-jiem ilu li kkuntattjawna u talbuna biex fis-serata finali noffru s-servizzi tagħna,” spjegat La Rosa.
“Bħalissa qed nevalwaw il-possibiltà, anke jekk iż-żmien hu veru limitat, biex ikollna l-loġistika teknika f’postha.”
|
|
Harry Vassallo jintervista lill- Profs Kenneth Wain
Editorijal


Emmanuel Micallef

Toni u Peppi

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Toni u Peppi
Pauline Miceli
Joe Cassar
Il-Punt - Esther Sant
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|