Aħbarijiet | 25 ta’ Jannar 2009 Nr 117
Il-preżentatriċi u kantanta popolari Claudette Pace waqfet ħesrem mill-programm tagħha televiżiv “Sellili” li sa ġimagħtejn ilu kien jixxandar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista Net TV.
Illum hi nfurmata li Pace ddeċidiet li twaqqaf il-programm tagħha mit-tieni ġimgħa ta’ Jannar iżda jidher li t-tmexxija tal-istazzjon infurmata li la kienet se tieqaf m’għandhiex tagħmel lanqas l-aħħar programm li kien skedat għal dik il-ġimgħa.
B’hekk it-telespettaturi tan-Net baqgħu s’issa ma jafux li ‘Sellili’ u Pace sparixxew minn fuq l-iscreen iż-żgħir.
Mitluba tispjega x’wassal għal dawn it-trikkitrakki Pace sostniet li “ma nixtieqx nitkellem fuq l-esperjenza li għaddejt minnha. Nixtieq inħalli l-affarijiet joqogħdu u mhux ikomplu jitkabbru,” wieġbet il-preżentatriċi.
Pace giddbet spekulazzjonijiet li għaddejjin dwarha li hi sejra taħdem ma’ stazzjon televiżiv ġdid privat.
“Dan hu żmien li nirrifletti fuq x’direzzjoni se tieħu l-karriera tiegħi u għalissa mhu se naċċetta l-ebda offerta ta’ programmi televiżivi,” qalet il-kantanta.
Jidher li għalissa Claudette Pace se tkun qed tintefa’ b’ruħha u b’ġisimha fuq il-marketing. |
|
Harry Vassallo jintervista lill- Profs Kenneth Wain
Editorijal


Emmanuel Micallef

Toni u Peppi

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Toni u Peppi
Pauline Miceli
Joe Cassar
Il-Punt - Esther Sant
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|