MediaToday

Aħbarijiet | 25 ta’ Jannar 2009 Nr 117

Piano f’Malta waqt li l-poplu jkompli jgħid ‘le’ għal Parlament flok teatru

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Hekk kif illum l-arkitett Taljan Renzo Piano se jkun qed jiddawwar f’pajjiżna mill-Gvern bħala parti mill-pjan biex minflok it-teatru l-imwaqqa’ jibni Parlament, tkompli tikber il-kontroversja dwar din id-deċiżjoni.
Il-fehma pubblika f’dawn l-aħħar ġimgħat kompliet turi l-istmerrija tan-nies għal din l-għażla. Il-maġġoranza assoluta tal-persuni li tkellmu fil-pubbliku wrew li jippreferu li dan is-sit storiku jintuża għal skopijiet artistiċi u teatrali. Din il-ġimgħa kien hemm aktar reazzjonijiet kontra li l-Parlament jinbena flok it-Teatru Rjal.
Fuq il-programm “Malta Illejla” fuq Net TV, waqt li fl-istudios kien hemm mistiedna s-sopran Lydia Caruana u l-istoriku tal-palk Emy Scicluna, daħlet telefonata mill-kontributur tal-istess stazzjon Tony Barbaro Sant.
Barbaro Sant staqsa jekk jaqblux li flok it-Teatru Rjal jinbena Parlament. It-tweġiba ta’ Lydia Caruana u ta’ Emy Scicluna kienet li żgur li ma jaqblux u li s-sit għandu jibqa’ jservi għal skopijiet teatrali.
Stħarriġ ippubblikat illum fil-ġurnal MaltaToday juri li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin ma jaqblux li l-Parlament jieħu post it-Teatru Rjal. Wieħed u ħamsin fil-mija ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ ma jaqblux mad-deċiżjoni ta’ Lawrence Gonzi filwaqt li 43.7 biss jaqblu miegħu.
L-istħarriġ juri li l-maġġoranza assoluta ta’ 67% jixtiequ li t-teatru l-imwaqqa’ jerġa’ jinbena eżatt kif kien qabel it-tieni gwerra dinjija.
Il-figuri juru wkoll li huma biss 30% li jaħsbu li hu ż-żmien xieraq li l-Gvern jonfoq €80 miljun biex jibni mill-ġdid it-teatru u bieb il-Belt.
Il-ġimgħa li għaddiet il-programm Bla Aġenda ppreżentat minn Norman Hamilton fuq One TV iddiskuta dan is-suġġett u xandar il-fehmiet ta’ għexieren ta’ personalitajiet. Kien hemm żewġ persuni biss li qablu mal-pjan ta’ Lawrence Gonzi li flok it-Teatru Rjal jinbena Parlament. Dawn kienu Peppi Azzopardi u Herman Bonaci.
Bħal-lum ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, li s’issa żamm lura milli jitkellem dwar dan is-suġġett, waqt dibattitu politiku kien mitlub jiddikjara ċar u tond jekk jaqbilx mal-pjan ta’ Gonzi jew jekk jaqbilx mal-wegħda tal-PL ta’ Marzu li għadda li t-teatru jinbena mill-ġdid għal xogħlijiet teatrali u artistiċi.
Muscat qal li jaqbel li l-Parlament għandu jiċċaqlaq minn fejn hu bħalissa imma żgur li hemm siti oħra alternattivi għal dan il-għan.

 

Intervista
Il-volontarjat taħt regoli ġodda

Harry Vassallo jintervista lill- Profs Kenneth Wain




Emmanuel Micallef
Pajjiż kontroversjali



Toni u Peppi
Il-poteri li jmissu jkollu l-President



Carmelo Mifsud Bonnici
Mur għidilhom



Joe Ellis
Baħrin tal-maltemp



Toni u Peppi
Barak Obama: bidla għall-aħjar jew għall-agħar?


Pauline Miceli
X’jgħidulna ċ-ċertifikati

Joe Cassar
Il-politika u lil hinn minnha


Il-Punt - Esther Sant
Il-kanċer tas-sider f’Malta. X’baqa’ xi jsir?


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan