MediaToday

Aħbarijiet | 18 ta’ Jannar 2009 Nr 116

L-aħħar siġar taċ-ċawsli fi Pjazza Mesquita

Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt

Din il-ġimgħa numru ta’ residenti lmentaw minħabba li tqaċċtet siġra taċ-ċawsli fi Pjazza Mesquita fl-Imdina li kienet eżattament quddiem l-iMdina Experience. B’kollox minn dawn is-siġar kien fadal tlieta biss u kienu nżergħu fi żmien l-Ingliżi fis-seklu 19 għad-dud tal-ħarir biex jgħinu l-industrija tal-ħarir. Issa kulma fadal huma żewġ siġar għarwiena mill-weraq tant kemm inżabru b’mod feroċi.
Wara rapport li għamilna mal-MEPA kelliem għall-MEPA weġibna li xi uffiċjali għamlu spezzjoni fuq il-post. Hemmhekk sabu li siġra taċ-ċawsli (Morus species) kienet qed tinqata’ f’biċċiet u titneħħa mill-pjazza. Mill-investigazzjoni li għamlu ħareġ li s-siġra kienet attakkatha minn susa tal-għeruq (wood boring beetle jew phryneta lebrosa) li dgħajfet lis-siġra.
Il-kelliem żied jgħid: “Is-siġra dgħajfa waqgħet bl-irjiħat qawwijin li kellna din il-ġimgħa. Għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Imdina qabbad kuntrattur biex ineħħi s-siġra. Għalkemm is-siġar taċ-ċawsli hu mniżżel fir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar li jiddikjarawhom protetti, f’dan il-każ is-siġra tqaċċtet b’kawżi naturali. Għalhekk ma kellha tittieħed l-ebda azzjoni.”
Mhux magħruf jekk il-Kunsill tal-Imdina kienx avża lill-MEPA li kienet se titneħħa s-siġra u lanqas intalabx permess biex ineħħi s-siġra protetta. Mhux magħruf lanqas jekk il-kunsill għandux ħsieb jiżra’ siġra taċ-ċawsli oħra biex tieħu post dik li tqaċċtet.
Dawn il-mistoqsijiet xtaqna nagħmluhom lill-Kunsill iżda kien tard wisq peress li s-Sibt ma jiftaħx.

 

Intervista
Jan: Jimxi fuq il-passi ta’ missieru

Julia Farrugia tintervista lil Jan Chircop


Editorijal
Tama ta’ għaqda



Emmanuel Micallef
Pajjiż kontroversjali



Wenzu Mintoff
Si et quatenus



Carmelo Mifsud Bonnici
Daqt jieħu l-ġurament



Joe Ellis
Liġi waħda għall-Gvern u Liġi oħra għaċ-ċittadin



Toni u Peppi
Il-candid cameras, il-ġenituri u t-tfal


Il-Punt - Benny Borg Bonello
Kejl ħażin tal-Enemalta


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan