MediaToday

Pjazzetta | 18 ta’ Jannar 2009 Nr 116

Il-Festival tar-rebbiegħa Ċiniż fil-Manoel

It-Teatru Manoel flimkien mal-Istitut tal-Kultura Ċiniż se jtellgħu The Chinese Spring Festival fis-19 ta’ Jannar u fl-20. Dan se jkun wieħed mill-ħafna attivitajiet organizzati biex tiġi ċċelebrata l-Ewwel tas-Sena Ċiniża.
Fl-ewwel lejla se jkun hemm spettaklu tradizzjonali ta’ arti Ċiniża li tinkludi l-Beijing Opera, pupazzi, akrobazija u żfin li jittella’ fis-7.30pm minn grupp ta’ 30 artist Ċiniż li ġejjin mill-Jiangsu, iċ-Ċina t’Isfel.
Il-Beijing Opera, magħrufa bħala l-opra nazzjonali taċ-Ċina, għandha mużika, kant u kostumi differenti ħafna mill-istil ta’ opera li mdorrijin biha iżda xorta hi interessanti. Mimlija b’veritajiet kulturali Ċiniżi, l-opra twassal għand l-udjenza enċiklopedija ta’ kultura u tradizzjonijiet permezz tal-mużika Ċiniża, maskri kurjużi, kostumi mill-isbaħ, movimenti mimlijin ħlewwa u arti marzjali. Wieħed se jingħata ċ-ċans li jammira l-ħila taċ-Ċiniżi kif jużaw il-pupazzi kif jirnexxilhom f’ħakka ta’għajn ibiddlu l-maskri tal-wiċċ. Is-serata se tkun festa mdawla li wieħed żgur m’għandux jitlef.
It-Tlieta l-20 ta’ Jannar fis-7.30pm mużiċisti famużi Ċinizi se jitilgħu fuq il-palk biex jippreżentaw mużika tradizzjonali Ċiniża bi strumenti unikament Ċiniżi li se tkun togħma ġdida għall-pubbliku li se jattendi.
Il-biljetti huma ta’ €15, €12 u €10 u jinxtraw minn 21246389 jew bookings@teatrumanoel.com.mt.

Trevor Żahra jippreżenta kitbiet ġodda f’Poeżijaplus

L-awtur Trevor Żahra se jippreżenta numru ta’ xogħlijiet ġodda waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Poeżijaplus għas-sena 2009 nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar, fis-7.30pm fil-Bitħa tat-Teatru Manoel. Miegħu jieħu sehem ukoll ibnu, il-kompożitur Ruben Zahra, bis-siltiet mużikali tiegħu. Dakinhar se jtellgħu wkoll silta mill-proġett Ħrejjef li kienu ħadmu flimkien.
Żahra hu awtur ta’ għadd ta’ kotba għat-tfal u l-adulti. L-awtur ħareġ għadd ta’ avventuri għat-tfal li sena wara sena baqgħu jiġu stampati. Jistqarr li l-iktar avventura għal qalbu hu Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta. Kien ewlieni fil-ħolqien tal-idea tal-picture books f’Malta. Il-kotba għat-tfal tawh ukoll żvog biex jiddisinja wħud mill-isbaħ stampi għall-kotba tat-tfal Maltin.
Kien minn ta’ quddiem nett ukoll biex ikollna workbooks tajbin għat-tagħlim tal-Malti. Il-biblijografija tiegħu tinkludi Taħt il-Weraq tal-Palm, Ħdejn in-Nixxiegħa, Is-Surmast, Is-Seba’ Tronġiet Mewwija, Lubien, Provenz u Sepja. Matul l-2008 ħareġ l-awtobijografija tiegħu Il-Ġenn li Jżommni f’Sikti u l-bestseller tal-2008 Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa.
L-esperimentazzjoni u l-kilba li joħloq il-ġdid ikkaretterizzaw il-produzzjoni letterarja tiegħu li bdiet sa mill-bidu tas-sebgħinijiet.
Żahra hu r-rebbieħ ta’ diversi premjijiet letterarji fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Hu l-iktar awtur Malti li rebaħ dan il-premju prestiġġuż. Għall-ħidma tiegħu fil-kamp letterarju ngħata wkoll il-midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
L-attività hi mingħajr ħlas u mhemmx bżonn ta’ biljetti.
Iktar tagħrif jinkiseb minn sergiogrech@yahoo.com u
www.poezijaplus.com.

 

Intervista
Jan: Jimxi fuq il-passi ta’ missieru

Julia Farrugia tintervista lil Jan Chircop


Editorijal
Tama ta’ għaqda



Emmanuel Micallef
Pajjiż kontroversjali



Wenzu Mintoff
Si et quatenus



Carmelo Mifsud Bonnici
Daqt jieħu l-ġurament



Joe Ellis
Liġi waħda għall-Gvern u Liġi oħra għaċ-ċittadin



Toni u Peppi
Il-candid cameras, il-ġenituri u t-tfal


Il-Punt - Benny Borg Bonello
Kejl ħażin tal-Enemalta


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan