Aħbarijiet | 11 ta’ Jannar 2008 Nr 115
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Erbatax-il parteċipant għadhom jistennew bil-ħerqa r-riżultati tal-Premju Francis Ebejer li hi kompetizzjoni għall-kitba oriġinali ta’ drammi. L-aħħar applikazzjonijiet għal dan il-premju għalqu fil-31 ta’ Diċembru 2007.
F’artiklu ieħor li nkiteb minn din il-gazzetta fl-20 ta’ April 2008, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura kien għarrafna li r-riżultati kellhom joħorġu għall-ħabta ta’ Novembru jew Diċembru tas-sena li għaddiet. S’issa għadu ma ħareġ xejn.
Staqsejna lill-Kunsill ir-raġuni għad-dewmien kif ukoll meta se jinħarġu r-riżultati. It-tweġiba tal-Kunsill kienet: “L-evalwazzjoni ħadet aktar fit-tul għax il-Kunsill il-ġdid iddeċieda jtejjeb il-metodu ta’ selezzjoni billi rreveda u kabbar il-kriterji biex jassigura li l-evalwazzjoni tkun aktar fil-fond. Għalhekk din ħadet aktar fit-tul. Aħna ċerti li din se twassal għal ġudikazzjoni aħjar. Ir-riżultati jitħabbru fi żmien xahar.
“Il-membri tal-ġurija huma Sandra Dingli (Membru tal-Kunsill, Chair), Nicole Bugeja (Membru tal-Kunsill) Marco Galea u Mario Frendo.”
Dan id-dewmien naturalment qed iħalli lill-parteċipanti bil-kurżità humiex ir-rebbieħa jew le iżda qed iżommhom milli jużaw it-testi fuq il-palk minħabba li jrid ikun xogħol oriġinali li qatt ma deher. Minbarra dan, waqqaf milli din is-sena jkun hemm kompetizzjoni oħra, kompetizzjoni li kienet reġgħet infetħet fl-2007 bil-għan li tħeġġeġ li jinkitbu aktar drammi oriġinali Maltin.
Żur http://www.illum.com.mt/2008/04/20/t9.html
|
|
Harry Vassallo jintervista lil Mark Mifsud Bonnici, Segretarju Ġenerali tal-Għaqda San Ubertu
Editorijal


Emmanuel Micallef

Wenzu Mintoff

Carmelo Mifsud Bonnici

Joe Ellis

Toni u Peppi
Bernard Cauchi u Michael Grech
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|