MediaToday

Aħbarijiet | 21 ta’ Diċembru 2008 Nr 112

Bla deċiżjoni s’issa dwar il-kumpens lil qraba ta’ Raymond Caruana

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Gvern għadu qed jevalwa t-talba ta’ kumpens li għamlet il-familja ta’ Raymond Caruana li nqatel fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja fil-5 ta’ Diċembru tal-1986.
Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern Carmelo Mifsud Bonnici ma’ din il-gazzetta.
Il-familja ta’ Raymond Caruana għamlet it-talba tagħha lill-Gvern matul is-sena li għaddiet, preċiżament tliet xhur wara li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien irċieva talba simili mill-familja tal-Professur Edwin Grech biex il-familja tingħata kumpens għall-qtil ta’ binthom Karin fit-28 ta’ Diċembru 1977.
Is-sena li għaddiet kelliem għall-Prim Ministru kien qal lil Illum li “id-deċiżjoni dwar kumpens lill-familja in vista ta’ dawn id-delitti, li kull wieħed minnhom għandu l-partikolaritajiet tiegħu, tittieħed mill-Gvern wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju Ġenerali.”
Il-każ dwar il-kumpens għall-qtil ta’ Karin Grech spiċċa l-Qorti bil-Professur Edwin Grech u martu Pearl permezz tal-Avukat Emmanuel Mallia, jiftħu kawża kontra l-Prim Ministru.
Il-każ fil-Qorti se jkompli fl-14 ta’ Jannar li ġej.
Sorsi qrib il-Gvern ma eskludewx li l-Awtoritajiet qed iżommu lura milli jagħtu l-kumpens lill-familja ta’ Raymond Caruana qabel ma jinqata’ l-każ ta’ kumpens ta’ Karin Grech.
Jekk u meta jingħalaq il-każ ta’ kumpens lill-familja Grech ikun aktar faċli għall-Gvern biex jagħlaq il-każ ta’ kumpens lill-familja Caruana u jkun pass ieħor lejn l-għeluq ta’ żewġ feriti miftuħa fix-xenarju politiku polarizzat f’pajjiżna.
Sadanittant il-Ministeru għall-Intern ikkonferma li matul din is-sena l-Gvern ma ta l-ebda kumpens għall-vittmi ta’ reati kriminali.

 

Intervista
Raħal Ġdid u l-Ewropa tal-Lvant

Franica Pulis tintervista lill-kittieb Immanuel Mifsud



Il Punt
Edukazzjoni għas-Seklu 21
Evarist Bartolo



Emmanuel Micallef
Faqar ta’ Milied


Carmelo Mifsud Bonnici

L-Akkademja għandha valur



Wenzu Mintoff
Bozoz ipetptu


Reggie Miller, il-GWU u aktar
Yvonne Micallef Stafrace


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan