MediaToday

Aħbarijiet | 21 ta’ Diċembru 2008 Nr 112

Spiteri l-għażla ta’ Muscat għal President

Oppożizzjoni interna għan-nomina

Kurt Sansone

Wieħed mill-kandidati prospettivi li l-Partit Laburista beħsiebu jipproponi biex jinħatar President tar-Repubblika f’April tas-sena d-dieħla hu l-ekonomista u eks Ministru Laburista Lino Spiteri.
Hu mifhum li l-isem ta’ Spiteri, li ġimgħa ilu ngħata l-midalja Ġieħ ir-Repubblika, kien diskuss internament u jeżisti qbil wiesa’ fil-partit dwar il-kandidatura tiegħu. Madankollu mhux eskluż li fil-Grupp Parlamentari hemm xi wħud li ma jaqblux ma’ din in-nomina.
Fost dawk li jistgħu joġġezzjonaw għan-nomina ta’ Spiteri hemm l-eks mexxej Laburista Alfred Sant.

Spiteri kien propost mill-mexxej Joseph Muscat u kull oppożizzjoni fil-miftuħ għan-nomina ta’ Spiteri tista’ timbarazzah.
Ir-relazzjoni bejn Sant u Spiteri marret għall-agħar wara li dan tal-aħħar kien irriżenja minn Ministru tal-Finanzi fl-1997 għax ma qabilx mal-friża tal-applikazzjoni għal sħubija fl-UE u t-tneħħija tal-VAT. Minn dakinhar ir-relazzjoni bejn Sant u Spiteri baqgħet bierda għall-aħħar u kultant anki ħadet xejra antagonistika.
Spiteri kien tilef it-tellieqa għat-tmexxija tal-partit lil Alfred Sant fl-1992 fost xnigħat li kien hemm tbagħbis fl-għadd tal-voti tad-delegati.
Nhar it-Tnejn li għadda f’artiklu li kiteb f’ The Times of Malta dwar id-diskors tal-President f’Jum ir-Repubblika, Spiteri għadda kumment li ġibed l-għajn. Filwaqt li faħħar lil Eddie Fenech Adami talli f’dawn l-aħħar ħames snin “m’għamilx pass ħażin” minkejja li kien hemm ħafna li ma qablux mal-ħatra tiegħu, Spiteri staqsa jekk wasalx iż-żmien li l-President li jinħatar ma jkunx politiku attiv.
“Jekk wasalx iż-żmien meta l-President jinħatar minn barra x-xena politika attiva għad irridu naraw,” sostna Spiteri.
Ħlief għall-ewwel President tar-Repubblika Sir Anthony Mamo, kull President li nħatar kien politiku attiv fiż-żmien ta’ qabel il-ħatra.
Spiteri ilu barra mix-xena politika attiva mill-1998 meta ma reġax ikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista. Għaldaqstant, skont il-kriterji tiegħu stess, Spiteri jikkwalifika bħala kandidat għall-Presidenza li jmiss.
L-ismijiet l-oħra li jista’ jressaq il-Partit Laburista għadhom mhux magħrufa imma Muscat kemm-il darba qal li l-President mhux bilfors li tkun persuna ġejja mill-qasam politiku.

 

Intervista
Raħal Ġdid u l-Ewropa tal-Lvant

Franica Pulis tintervista lill-kittieb Immanuel Mifsud



Il Punt
Edukazzjoni għas-Seklu 21
Evarist Bartolo



Emmanuel Micallef
Faqar ta’ Milied


Carmelo Mifsud Bonnici

L-Akkademja għandha valur



Wenzu Mintoff
Bozoz ipetptu


Reggie Miller, il-GWU u aktar
Yvonne Micallef Stafrace


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan