MediaToday

Pjazzetta | 21 ta’ Diċembru 2008 Nr 112

Kalendarju tal-Milied

Attivitajiet varji

Illum
Villaġġ tal-Milied

Fi Triq San Bastjan f’Ħal Qormi mit-3.30pm ’il quddiem se jkun hemm għaddej Presepju Ħaj u ieħor Mekkanizzat, Presepju tal-Ħobż, għanjiet tal-Milied, ikel tradizzjonali, logħob u ġugarelli, bands u Christmas Logs b’risq id-Dar tal-Providenza.

Mużika

Illum
Marċ mill-Banda San Filep

Jibda mill-10.30am f’Misraħ San Filep. Il-Banda iddoqq għanjiet tal-Milied.

22 ta’ Diċembru
Programmi mużikali mill-Banda Sliema

Tal-lum se jsir fl-10.30am fis-Sala tal-Kultura parti mit-tielet edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-Arti mtella’ mill-istess Soċjetà Filarmonika. Jindaqqu fost l-oħrajn selezzjoni mill-Phantom of the Opera ta’ Andrew Lloyd Weber, Allegro Tamburino ta’ Mauro Porfiri, Fabula u Adagio Veneziano ta’ Flavio Bar u għanjiet tal-Milied. Jieħdu sehem solisti żgħażagħ mill-Banda Sliema. Dħul b’xejn.
Iż-żewġ kunċerti l-oħra se jsiru fil-kumpless ta’ Baystreet f’San Ġiljan.

23 ta’ Diċembru
Marċ tradizzjonali tal-Milied

Tieħu sehem il-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alfred Farrugia. Il-marċ jibda fis-7.30pm minn Triq il-Kbira u jispiċċa f’Misraħ ir-Repubblika. Il-Banda tkun akkumpanjata minn Father Christmas.

28 ta’ Diċembru
Puer Natus Est

Il-Kunsill Lokali Xagħra se jtella’ l-10 edizzjoni tal-kunċert ferm tal-Milied fil-Kolleġġjata Bażilika Santwarju tat-Twelid ta’ Marija Bambina fis-7pm. Għall-kunċert mistieden jieħu sehem il-Kor Voci Angeliche. Id-direzzjoni tal-kor se tkun f’idejn Grace Vella u tal-kunċert f’idejn is-Surmast John Galea. Il-kunċert għandu l-patroċinju tal-President Edward Fenech Adami. Il-kunċert hu bla ħlas iżda l-udjenza mitluba tagħti donazzjoni li tmur b’risq il-Community Chest Fund Malta.
Għal aktar tagħrif ċempel lill-Kunsill mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-4.30pm fuq 21563737, 21565001 jew jibgħat email fuq xaghra.lc@gov.mt.

31 ta’ Diċembru
NYE Concert with Sigmund Mifsud & The Countdown Party with BBB

Il-lejla tħaddan kunċert b’orkestra magħmula minn 26 mużiċist mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali bid-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud u countdown party bi spettaklu live. Kollox jibda fid-9.30pm meta jingħata bidu għall-kunċert fis-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi. Wara jibda l-party bl-ikel għad-daqq tal-Big Band Brothers. Jieħdu sehem ukoll Daniel Cauchi, Raquela Dalli Gonzi, Ruth Sammut Casingena, Ludwig Galea u l-vjolinista Graziella Mizzi.
Il-bibien jiftħu mid-9pm ’l quddiem. Il-biljetti huma għall-bejgħ mis-Sala tal-Mediterrad billi ċċempel 2559575 jew tibgħat email fuq bookings@mcc.com.mt. Għal aktar tagħrif ċempel 99311208.

1 ta’ Jannar
Kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza

Ta’ kull sena il-Banda 12th May taħt id-direzzjoni tas-Surmast Hermann Farrugia Frantz, se tipparteċipa waqt Open Day fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fil-kampanja ġbir ta’ fondi b’risq l-istess dar.
Il-Kumitat tas-Soċjetà se jippreżenta għotja ta’ flus lid-Dar tal-Providenza, ghotja li tingħata ta’ kull sena.

Teatru

Illum, 26 – 30 ta’ Diċembru, 2 – 4, 10, 11 ta’ Jannar
It-Tliet Muskettieri: Missjoni Tart City

Miktuba minn Josè Micallef, jieħdu sehem Hector Bruno, Mark Tonna, Snits, Leontine, Fabian Scerri De Carlo, Laura Bruno, Eileen Micallef, Ronald Briffa u Rodney Gauci fost ħafna oħrajn. Jidderieġi Anthony Ellul u bi produzzjoni ta’ Pawlu Testa. Tittella’ fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Għall-ħinijiet żur www.teatrurjal.com.
Il-biljetti jinkisbu mingħand Pawlu Testa Travel (21223340), l-Istitut Kattoliku (filgħaxijiet 21223225), bar tal-Istitut Kattoliku (2124255), Carmen Azzopardi tar-Rabat (21454836), Tereza Bazaar ta’ Ħaż-Żabbar (21892730) u Wembley Chauffer Service, San Ġiljan (21385353).

22 ta’ Diċembru sal-11 ta’ Jannar
Jack and the Beanstalk

Imtella’ mill-Masquerade b’direzzjoni ta’ Anthony Bezzina, din hi l-istorja ta’ Jack bl-avventura maġika tiegħu maz-zokk tal-ful. Fiha hemm għadd ta’ karattri fosthom Daisy il-Baqra, il-parrina tas-sħaħar, il-Ġgant, l-eroj, in-nies b’karattru ħażin u naturalment Jo Zette li diġà qed tnissel ħafna kurżità.

26, 27, 28 ta’ Diċembru u 2, 3, 4 ta’ Jannar
High School Musical

Id-direttur Chris Gatt, id-direttriċi mużikali Denise Mulholland u l-koreografa Emma Loftus qed imexxu kast ta’ aktar minn 50 attur, kantant u żeffien bl-aqwa talent żagħżugħ fil-partijiet prinċipali. Il-kast jinkludi wkoll lil Polly March (Ms Darbus) u Edward Mercieca (Coach Bolton).
Ir-rappreżentazzjoniet se jsiru fil-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi. Il-biljetti jibdew minn €12 u jinkisbu mill-MCC mit-Tnejn sas-Sibt bejn l-10am u n-12.30pm. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 25595751 jew ibgħat email fuq bookings@mcc.com.mt.

Wirjiet

Sal-lum
Wirja ta’ presepji

L-Għaqda Mużikali Sant’Anna Wied il-Għajn qed ittella’ wirja ta’ presepji f’Marsaskala taħt iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali bejn id-9amu 12pm u mill-5.30pm sat-8.30pm.

Sal-24 ta’ Diċembru
Presepju Ħaj fit-Teatru Mwaqqa

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed itella’ dan il-proġett bid-direzzjoni artistika ta’ Ino Bonello. Id-dħul hu b’xejn iżda jiġu apprezzati donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Presepju jkun miftuħ kuljum bejn il-l1am u l-l1pm. Se jsiru numru ta’ kunċerti minn korijiet u mill-baned tal-Pulizija u tal-Forzi Armati.
Illum se ssir rappreżentazzjoni animata li turi l-wasla tal-karovana bit-Tliet Slaten, il-miġja tar-rgħajja, il-Familja Mqaddsa tfittex kenn, suldati Rumani jħabbru d-digriet ta’ Ċesri jordna ċensiment kif ukoll il-bidu tal-presepju minn San Franġisk fi Greccio.
Il-qofol tal-attivitajiet jintlaħaq bil-quddiesa tradizzjonali ta’ nofs il-lejl nhar l-24 ta’ Diċembru. Wara ma jonqsux xi ftit ħlewwiet u xorb tal-okkażjoni għal dawk preżenti.

Sat-28 ta’ Diċembru
Presepju Ħa
j
Attività organizzata mis-Soċjetà Sant’Andrija flimkien mal-Kunsill Lokali Ħal Lija fi Triq Sant’Andrija f’Ħal Lija. Tiftaħ bejn il-5.30pm u t-8.30pm. Għall-ġranet żur www.santandrijalija.com

Sal-1 ta’ Jannar
Presepji u Bambini

L-Għaqda Wirjiet Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem ta’ Birkirkara se jtella’ wirja fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem fi Triq Bwieraq, Birkirkara. Fiha qed jieħdu sehem nies ta’ kull età inkluż tfal bil-biċċa kbira minn Birkirkara bi presepji varji fosthom uħud maħdumin bis-suf, tappijiet tas-sufra, miż-żerriegħa tal-popcorn, bl-arkett, bl-għadam u bil-qxur tal-ġewż.
Ħinijiet tal-ftuħ: fost il-ġimgħa mill-5pm sat-8pm u Sibtijiet, Ħdud u festi mid-9am sa 12.00 u mill-4.30pm sat-8pm. Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena tiftaħ filgħodu biss. Żur www.wirjashb.cjb.net.

Sal-4 ta’ Jannar
Nativitas

Din is-sena il-Każin Banda San Filep qasam il-wirja fi tlieta: presepju kbir, varjetà ta’ presepji żgħar u presepju ħaj Malti ambjentat f’xelter tal-gwerra taħt l-art. Dan il-presepju ħaj hu mtella’ mis-St. Philip Pageant Group li se jippreżenta t-twelid ta’ Ġesu f’xeni meħuda mill-ħajja antika Maltija.
Il-Presepju Ħaj jinżar fil-21 u 28 bejn l-10am u 12.00 u bejn is-7pm u t-8.30pm u fit-22, 23, 26 u 29. Il-wirja statika tiftaħ fit-18 mit-Tnejn sas-Sibt mill-5pm sad-9pm u Ħdud u festi bejn id-9am u n-12.30pm u bejn il-5pm u d-9pm.

Sas-6 ta’ Jannar
Presepju Mekkaniku

Se jkun għall-wiri f’88, Evergreen, Triq is-Sagħtar Ħal Qormi. Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5.30pm sat-8.30pm u s-Sibtijiet, Ħdud u festi mid-9am sa 12.00 u mit-3pm sat-8pm. Il-donazzjonijiet li jsiru fil-post jingħataw lid-Dar tal-Provvidenza.

Permanenti
Presepji mid-dinja kollha

Heritage Malta qed torganizza l-wirja fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. Fost l-oħrajn fiha se jkun hemm il-presepju tradizzjonali Malti, retablos mill-Peru, presepji magħmulin mill-ġebla mill-Kenja u xogħol tal-arkett mill-Ġermanja u ħafna eżemplari oħra minn madwar id-dinja. Din il-kollezzjoni unika turi kif il-Millied jaqgħad kulturi differenti minn madwar id-dinja f’tema waħda.

 

Intervista
Raħal Ġdid u l-Ewropa tal-Lvant

Franica Pulis tintervista lill-kittieb Immanuel Mifsud



Il Punt
Edukazzjoni għas-Seklu 21
Evarist Bartolo



Emmanuel Micallef
Faqar ta’ Milied


Carmelo Mifsud Bonnici

L-Akkademja għandha valur



Wenzu Mintoff
Bozoz ipetptu


Reggie Miller, il-GWU u aktar
Yvonne Micallef Stafrace


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan