MediaToday

Carmelo Mifsud Bonnici | 14 ta’ Diċembru 2008 Nr 111

Il-kontribut Ewropew

1. Verament ma nistax nifhem jew napprezza kif f’pajjiżna għandna bnedmin li għadhom ma waslux sabiex fil-moħħ tagħhom jidħol il-kunċett ta’ dak kollu li l-Unjoni Ewropea tatna. Ma għandux jibqa’ iktar aċċettat il-ħsieb li aħna m’aħniex Ewropej. Il-pożizzjoni ġeografika tagħna tatna vantaġġ enormi fil-Mediterran, ma hemmx dubju. Imma huwa żball li jibqa’ jkollna min jaħseb li għandna niċħdu dak li aħna. Il-Malti u l-Għawdxi huma Ewropej u dan għandu jiġi aċċettat u mhux iktar imqiegħed fid-dubju.

2. Il-fatt li għandna gżira fin-nofs bejn iż-żewġ ibħra tal-Mediterran serviena tajjeb. Serviena iktar li aħna bnedmin ta’ rieda tajba. Persuni li rridu l-ġid lill-proxxmu, ippreparti li nilqgħu u nagħdru. Dan hu li ġiebna bnedmin aċċettati minn dawk li jgħixu madwarna. Tmur fejn tmur, fix-xtut Mediterranji, issib li missirijietna ħallewlna wirt ta’ rġulija u qalb tad-deheb li ma nafx min iktar għandu bħalna. Proprju dan iżda ma jfissirx li aħna għandna niċħdu dak li hemm ġewwa fina.

3. Ir-relazzjonijiet tajba li għandna ma’ pajjiżi varji Mediterranji ma jibdlux dak li aħna. Il-ħsieb li m’aħniex Ewropej tmexxa ‘l quddiem fi żmien politikament, iżda qatt ma ħa l-għeruq għax il-poplu dan m’aċċettahx. Tqegħdet ġebla taż-żonqor li, jiġri x’jiġri iktar ‘il quddiem, ma jista’ ħadd f’sensih qatt jaqla’. Għalhekk hemm lezzjonijiet li ma napprezzax kif uħud baqgħu ma fehmux. Baqgħu jgħixu fi żmien meta ma seta’ jmerihom ħadd imma li fid-dinja tagħna baqgħu mwaħħlin, imdendlin. Iridu jgħidulna kemm kienu “tajbin huma” meta kienu għal kollox żbaljati.

4. Nibqa’ skantat kif ċerti bnedmin, avolja huma tant intelliġenti, jibqgħu ma jistgħux jaċċettaw li huma żbaljati. L-agħar hu li għadhom jinfluwenzaw numru ta’ bnedmin, speċjalment f’ċerti setturi ta’ ċerti kampi ta’ minoranza Laburista. Il-vantaġġ inkredibbli li pajjiż daqshekk żgħir bħal tagħna, ta’ ġabra ta’ gżejjer maqtugħa minn kollox, m’għandux llum jiġi l-ħin kollu mċekken u redikolat fix-xejn. Il-preżenza tagħna fil-lok fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tant fih valur li ħadd ma japprezza jekk kemm-il darba ma jkunx ġo fih. Din hija l-ewwel darba fl-istorja ta’ l-eżistenza tagħna li mhux biss aħna parti minn struttura politika, imma li għandna l-opportunità li nipparteċipaw u ninfluwenzaw.

5. Avolja għadda ż-żmien minn meta dħalna parti mill-Unjoni Ewropea, xorta waħda għandu jerġa’ jsir il-punt. Dak li aħna għandna issa: l-opportunità unika f’tant sekli ta’ eżistenza. Dik li issa aħna għandna d-dritt li ninfluwenzaw l-eventi u d-deċiżjonijiet Ewropej. Naħseb li huwa komdu ħafna li naqbdu t-triq tal-intransiġenza. Dik it-triq sterili li permezz tagħha ħaddieħor qata’ lilu nnifsu u lil pajjiżna barra mid-djalogu u parteċipazzjoni fl-eventi Ewropej, kienet għal kollox żbaljata. L-istorja tixhed dan b’mod partikolari fl-anniversarju ta’ Jum ir-Repubblika tagħna.

6. Fortunatament għalina dik il-mentalità qegħda, naqra naqra, tispiċċa. Iktar u iktar għax mill-1987 daħlet mentalità kompletament differenti. Fhimna li jaqblilna iva, nerġa’ ngħid, jaqblilna li nkunu dak li aħna u mhux nippruvaw inkunu dak li m’aħniex. Il-pożizzjonijiet li dan il-pajjiż ħa ma kinux “jidhru” belliġerenti jew intransiġenti imma fir-realtà rnexxew. Kemm huwa komdu, iva komdu, li wieħed ma jkollux bżonn jitkellem u jiddiskuti ma’ dak li ma jistax jaqbel miegħu. Jidher politikament li qiegħed jimxi ‘l quddiem, mentri fir-realtà jkun qiegħed jaġixxi b’mod żbaljat lejn dak li vvutawlu. Id-diffikultà qegħda li tidħol fid-dibattitu, li jirnexxilek tibda l-proċess li bih tibdel l-opinjoni ta’ ħaddieħor. L-irġulija, anzi l-valur li int għandek fik bħala persuna umana mwieled fil-Mediterran, qiegħed proprju f’dan. Dan hu l-punt komdu: tibqa’ mwaħħal, iddaħħak in-nies bik billi tidher li qed tgħix f’dinja li qed tipprova tidher li għadha hemm mentri fil-fatt din spiċċat kompletament.

7. Il-kontribut tagħna fl-Ewropa, u għalhekk għalina stess, qiegħed proprju f’dan il-punt. Għax aħna għandna l-umiltà, l-ispina u l-irġulija li nidħlu fid-dibattitu. Il-valur li l-Partit Nazzjonalista rnexxilu jġib huwa li hemm bżonn impenn politiku anke, anzi l-iktar, fil-problemi l-iktar diffiċli. Għax ma qtajniex qalbna, għax ma ħrabniex mill-problemi f’iżolament żbaljat iżda dħalna għall-piż tar-responsabbiltà. Dan hu li aħna mexxejna ‘l quddiem. Dan hu dak li wassalna biex permezz tiegħu nxerrdu l-valur li aħna Ewropej fuq livell li għandna. Dan hu li jagħmel lilna persuni li ma jibżgħux jidħlu fil-problemi. Il-problemi jridu jiġu ffaċċjati. Huwa żball li wieħed jaħseb li se isolvihom billi jaħrabhom. L-Ewropa hija għodda. Għodda li tgħin sabiex insolvu dak li għandna. Ma naħarbux mir-responsabbiltà tagħna, naffrontawha. Proprju għax aħna Ewropej, proprju għax aħna persuni tal-progress li nużaw il-vantaġġ li għandna li nimxu ‘l quddiem. Ewropej aħna, u hekk se nibqgħu. Għalhekk se nibqgħu nagħtu l-kontribut neċessarju biex nibdlu. Nibdlu għall-aħjar tagħna u ta’ l-Ewropa.

 

Intervista
Meta s-sess idaħħal aktar flus mid-droga

Franica Pulis tintervista lil Mary Anne Zammit, kelliema għall-AD



Il Punt
Il-Qari f’Ħaż-Żgħir
Adrian Grima



Emmanuel Micallef
It-theżżiża tal-Partit Laburista


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-kontribut Ewropew



Wenzu Mintoff
First things first


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan