Aħbarijiet | 30 ta’ Novembru 2008 Nr 109 L-amnestiji fuq flus moħbija Settembru 2001 – Diċembru 2002: Il-Gvern iħabbar amnestija għal min għandu investiment barra minn Malta li qatt ma kien dikjarat. L-iskema tar-reġistrazzjoni tal-investiment għalqet f’Diċembru tal-2002 imma mbagħad kien hemm estensjoni sal-aħħar ta’ Diċembru 2003. April – Ġunju 2005: Il-Gvern jiftaħ skema biex min għandu investimenti barra minn Malta li ma tħallsitx taxxa fuqhom ikun jista’ jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u saħansitra jġibhom lura Malta. April – Awissu 2007: Il-Gvern jiftaħ skema speċjali ta’ reġistrazzjoni għal min għandu flus Maltin moħbija u li qatt ma kienu dikjarati għal skopijiet ta’ taxxa. L-iskema titlob li l-flus reġistrati jkunu depożitati f’kont fiss għal sena li fuqu ma jitħallas l-ebda imgħax u fl-istess waqt titħallas penali ta’ bejn erbgħa u sitta fil-mija.
|
Intervista
|
Illum Search
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan