Aħbarijiet | 30 ta’ Novembru 2008 Nr 109
Julia Farrugia
L-ekonomista Edward Scicluna u l-eks Chairman tas-Sea Malta Marlene Mizzi huma fost il-persuni li se jkunu ssottomettew isimhom biex jiġu kunsidrati għal kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista.
Sorsi fil-Mile End ikkonfermaw ma’ din il-gazzetta li Scicluna ressaq in-nomina tiegħu l-Ġimgħa filwaqt li Mizzi se titfa’ l-applikazzjoni tagħha dalgħodu meta tintemm il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL.
Kienet din il-gazzetta li f’Lulju li għadda żvelat l-interess ta’ Mizzi f’din il-kandidatura. Bħal Edward Scicluna, l-eks Chairman tas-Sea Malta li għal snin twal kienet ukoll Direttur fil-Bank of Valletta, hi meqjusa bħala persuna moderata li tappella għal firxa wiesa’ ta’ nies.
Flimkien mal-Ewro Parlamentari Louis Grech, Marlene Mizzi u Edward Scicluna qed jitqiesu bħala l-aktar tliet pedini importanti tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ta’ Ġunju li ġej.
Illum tista’ tikkonferma wkoll dak li żvelat il-Ħadd li għadda li Joe Cuschieri, li ċeda s-siġġu Parlamentari tiegħu lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, tefa’ n-nomina tiegħu.
B’hekk s’issa telgħu għal 13-il persuni li se jkunu ħabbru l-kandidatura tagħhom.
F’dawn l-aħħar jiem tefgħu wkoll in-nomina tagħhom John Attard Montalto, Claudette Abela Baldacchino, Glenn Bedingfield, Steve Borg, Robert Henry Bugeja, Maria Camilleri, Sharon Ellul Bonici u l-Għawdxi Christian Zammit.
Alfred Sant u Joe Debono Grech, li sal-bieraħ kienu għadhom qed jissemmew li se jitfgħu n-nomina, baqgħu m’għamlux dan.
Bidliet li għamel il-Partit Laburista fir-regoli interni wasslu biex minn qabel stabilixxew minimu ta’ kandidati li jridu jkunu konfermati mid-delegati quddiem Konferenza Ġenerali Straordinarja li tittella’ f’Jannar li ġej.
B’kollox il-PL intrabat li jkollu 10 kandidati. Minn dawn imqar kandidat wieħed irid ikun minn Għawdex u jrid ikun hemm minn tal-inqas żewġ kandidati nisa.
F’emenda oħra li saret din il-ġimgħa fl-istatut tal-PL kien stabbilit li l-Eżekuttiv iżomm il-jedd li jżid in-numru tal-kandidati skont il-ħtieġa.
|
|
Franica Pulis tintervista lil Professur Carmel Borg
Editorijal

Il Punt
Louis Grech

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Wenzu Mintoff

Toni u Peppi
Minn Carmel Cacopardo
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|