MediaToday

Pjazzetta | 30 ta’ Novembru 2008 Nr 109

Ikompli l-vjaġġ

Wara s-suċċess miksub is-sena li għaddiet bl-ewwel Journey, din is-sena Ruth Sammut Casingena se terġa’ ttella’ spettaklu ieħor li jkompli fejn ħalla dak tas-sena l-oħra. Fil-fatt dan ta’ din
is-sena jismu Journey Evolution u se jsir nhar is-Sibt 6 ta’ Diċembru fil-Hilton Malta fit-8pm taħt it-patroċinju tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm li Sammut Casingena hi dama fih. Id-dħul minn dan l-ispettaklu se jmur għal Puttinu Cares, il-Fundazzjoni li tgħin lil tfal rikoverati fir-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei.
Journey Evolution mistenni li jkun aktar spettakolari minn tas-sena l-oħra. Biżżejjed jingħad li se jieħdu sehem fih madwar 185 ruħ li għandhom varjetà kbira ta’ talenti li wħud minnhom se jinterpretaw kompożizzjonijiet tagħhom stess.
L-ispettaklu jinvolvi solisti, żewġ korijiet, mużiċisti, atturi u żeffiena li kollha flimkien jagħġnu dawn l-elementi kollha ta’ stili u jippreżentaw esperjenza unika lill-parteċipanti stess u anki lill-udjenza.
Din l-esperjenza taqdi l-għan tal-Moviment Journey, imwaqqaf minn Sammut Casingena stess, li tagħmel enfasi fuq l-individwalità tal-persuna li tiftaħ it-triq biex wieħed jagħraf lilu nnifsu u fl-istess waqt iservi lill-umanità bit-talenti tiegħu. Journey Choir twaqqaf is-sena l-oħra u llum jgħodd aktar minn 85 korist. Huma jkantaw kull tip ta’ mużika.
Waqt Journey Evolution se jieħu sehem ukoll, bħalma kien sar f’Journey tas-sena l-oħra, il-kor tat-tfal li twaqqaf f’Settembru 2007, magħmul minn 60 tifel u tifla.
Biljetti għal Journey Evolution qed jinbiegħu mingħand Visco (eks Exotique), f’City Gate, il-Belt. Prezzijiet: €18, €22, €25 u €35.

 

Intervista
‘Labar u msiemer’ fl-edukazzjoni

Franica Pulis tintervista lil Professur Carmel Borg


Editorijal
Integrazzjoni


Il Punt
Il-kuraġġ tal-bidla
Louis Grech



Emmanuel Micallef
Lesti għad-daqqa jew le?


Carmelo Mifsud Bonnici

Ir-realtà tat-terroriżmu



Wenzu Mintoff
X’wiċċ għandu!



Toni u Peppi
Mit-torċa għall-brigata: tibdil kożmetiku jew ta’ sustanza?


Minn Carmel Cacopardo
Il-bidla tal-klima u l-ħolqien tax-xogħol: x’relazzjoni?


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan