MediaToday

Aħbarijiet | 23 ta’ Novembru 2008 Nr 108

€91 miljun għas-sigurtà nazzjonali

Kurt Sansone
ksansone@mediatoday.com.mt

Fl-2009 pajjiżna se jonfoq kważi €91 miljun biex imantni l-forzi tas-sigurtà bil-biċċa l-kbira tal-ispiża tmur f’pagi għall-impjegati. Iċ-ċifra tinkludi l-flus ivvutati għall-Pulizija, għad-Dwana u għall-Armata.
Il-pagi, inkluż bonuses, overtime u dħul ieħor, jammontaw għal kważi €77 miljun, jew 85 fil-mija, tan-nefqa kollha f’dawn it-tliet setturi.
Ma’ dawn iċ-ċifri wieħed irid iżid is-somma li tintefaq mis-Servizz tas-Sigurtà li iżda ma tidhirx fl-estimi tal-baġit.
Bi kważi €44 miljun, il-Pulizija għandha l-ikbar allokazzjoni. Madankollu, 91 fil-mija tal-flus ivvutati huma f’pagi filwaqt li għal spejjeż oħra marbuta mal-operat u l-manutenzjoni l-baġit hu ta’ €4 miljun.
Skont l-estimi tal-Gvern għall-2009 il-baġit allokat lill-Pulizija hu €4.2 miljun iktar mill-baġit għal din is-sena.
It-tieni l-ikbar spiża fis-sigurtà hi dik fuq il-forzi armati, b’iktar minn €35 miljun ivvutati għall-2009. Din iċ-ċifra tirrappreżenta kważi €2.6 miljun iktar mill-ispiża għall-2008.
Għal darb’oħra l-biċċa l-kbira tal-flus se jmorru fuq il-pagi tas-suldati. B’nefqa ta’ €27.5 miljun, 78 fil-mija tal-baġit għall-armata jmur fost l-oħrajn f’salarji, bonuses u overtime.
Dan ifisser li l-armata jifdlilha €4.7 miljun għall-manutenzjoni u l-operat u €2.8 miljun għal programmi u inizjattivi speċifiċi. Fost l-inizjattivi l-ikbar nefqa, €2.6 miljun, hi vvutata għall-ħidma mal-immigranti miżmuma fiċ-ċentri tad-detenzjoni fil-barracks tas-suldati.
It-tielet settur fil-qasam tas-sigurtà, id-Dwana, se tixrob ftit iktar minn €11.8 miljun bi kważi 82 fil-mija tal-ispiża tmur f’pagi. Id-Dwana għandha €1.3 miljun ivvutati għal spejjeż marbuta mal-operat u l-manutenzjoni filwaqt li għandha €769,000 oħra għall-programmi u inizjattivi speċifiċi.
Il-flus ivvutati għad-Dwana għas-sena d-dieħla huma kważi €100,000 inqas minn kemm kienu vvutati għall-2008.

 

Intervista
Meta d-diversità fil-lingwi tfisser demokrazija

Franica Pulis tintervista lil Leonard Orban, il-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu


Editorijal
Rabja


Il Punt
Il-kuxjenza morali
Mons. Ġużeppi Mercieca



Emmanuel Micallef
Kuntenti u ferħanin!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-piraterija reġgħet magħna



Wenzu Mintoff
Żvilupp demokratiku


Patri Mark Montebello
Ċelebrazzjoni ta’ mument storiku ma’ Ġwanni XXIII


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan