Pjazzetta | 23 ta’ Novembru 2008 Nr 108
muŻika
Kull nhar ta’ ġimgħa
Acoustic Roots
Kunċerti akustiċi mid-dwett Chasing Pandora fi Chiaroscuro (eks Labyrinth) fi Strada Stretta l-Belt bejn id-9 u l-11pm. Il-prezz tad-dħul hu ta’ €2 u l-kunċerti m’għandhomx format fiss. Jistgħu jinkludu minn daqq spontanju għall-qari ta’ poeżiji.
Għal iktar tagħrif ċempel lil Sam Brown fuq 21556166 jew ibgħat fuq sam@tickety-boo.com
28 - 30 ta’ Novembru
Teatru Unplugged 11
Din is-sena jieħdu sehem Sasha & Sam, Scar, Simon & Phil mis-Sixth Simfoni, Peter & Papps, Ray (The Characters u The Riffs) bil-mistiedna speċjali Ira Losco. Teatru Unplugged 11 qed jittella’ fit-Teatru Manoel bejn. Il-kunċerti jibdew fit-8pm. Il-biljetti jiswew €8, €12 u €15 u jinxtraw minn www.teatrumanoel.com.mt, bookings@teatrumanoel.com.mt jew billi ċċempel fuq 21246389.
29 ta’ Novembru
L-Għanja tal-Poplu
It-33 edizzjoni li se ssir fil-Gran Ballroom tal-lukanda Phoenicia fis-7.30pm. Jieħdu sehem Chalie Dalli, Walter Micallef, Frank O’Neill, Judy Sciberras, Corazon, Justin u Antonio, Rita Pace u Teddie Zammit, Maria Abdilla, Geordie Family & Friends, Brikkuni, Lindsay Lee Zarb, Quicksand, Antoine Cortis u Corazon u Antonio. Fit-tieni parti tal-festival jieħdu Salvu Tanti u sħabu bil-kitarri tal-prejjem. Il-grupp New Courey jingħataw l-ġieħ L-Għanja li tibqa’. Ulied Sammy Bartolo jinterpretaw kanzunetti tan-New Courey flimkien mal-grupp stess. Il-biljetti ta’ €10 jinkisbu mill-YTC fi Triq il-Merkanti l-Belt. Ċempel 21233893 jew 99234500. Żur www.ghanjafest.com.
30 ta’ Novembru
Puccini 150
Kunċert mill-Banda Filarmonika 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-Awditorju tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana fis-7.30pm li jfakkar lil Giacomo Puccini. Flimkien mal-Banda Filarmonika 12th May se jieħdu sehem is-sopran Joan Mangion, is-sopran Francesca Farrugia, it-tenur Joseph Aquilina, il-baxx Louis Cassar u t-tifla Bernardette Mangion. Jidderieġi s-Surmast Hermann Farrugia Frantz. Il-biljetti jinxtraw b’€5 mill-Istitut Kattoliku fuq 21238429 u mill-Każin 12 th May fuq 79064302). Il-kunċert se jsir b’risq id-Dar tal-Providenza tas-Siġġiewi.
2 ta’ Diċembru
Kunċert ta’ Diego Dini Ciacci
It-Teatru Manoel b’kollaborazzjoni mal-Istitut Kulturali Taljan f’Malta se jtellgħu kunċert ta’ Diego Dini Ciacci meqjus bħala wieħed mill-aqwa oboisti Taljani.
Dakinhar l-oboist jingħaqad ma’ ħuh Maurizio Dini Ciacci biex jipprezentaw xogħlijiet ta’ J.S. Bach, W.A. Mozart, C. Saint Saens, G. Garibaldi, G. Faurè u F. Poulenc.
Ir-rappreżentazzjoni tibda fit-8pm fit-Teatru Manoel. Il-biljetti €20, €15 u €11.50. Ċempel 21246389 ibgħat fuq bookings@teatrumanoel.com.mt għal aktar tagħrif.
4 ta’ Diċembru
Anton Nani: Messa del Naufrago (1872)
Din il-quddiesa għal vuċijiet maskili u orkestra se tindaqq fil-kunċert tal-APS Bank ta’ din is-sena li se jinΩamm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Jieħdu sehem is-solisti Joseph Aquilina, Charles Vella Zarb, Alfred Camilleri, u Anthony Montebello, il-Kor Mirabitur (sezzjoni rġiel), l-Orkestra Jubal u s-surmast Dun Ġwann Galea. Kulħadd mistieden. Dawk li jridu jirriservaw il-post huma mitluba jikkunttatjaw lill-Marketing Unit fuq 25603221 jew mktg@apsbank.com.mt.
5 u 11 ta’ Diċembru
Eve Ransom b’kunċerti unplugged
Il-kunċert li jmiss se jsir f’MOJOS fir-Rabat Għawdex u l-ieħor f’Del Borgo. Il-flus li jinġabru waqthom jingħataw lil Angela House.
teatru/ letteratura
Illum, 28 - 30 ta’ Novembru, 5 - 7 ta’ Diċembru
Blackbird
Dramm ta’ David Harrower li qed jittella’ mill-Masquerade fil-Kavallier ta’ San Ġakbu taħt id-direzzjoni ta’ Anthony Bezzina. Jieħdu sehem Manuel Cauchi u Elektra Anastasi. Il-biljetti bil-prezz ta’ €15 jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu. Ċempel fuq 2122 3200 jew tibgħat fuq boxoffice@sjcav.org. Żur www.masquerade.com. Id-dramm hu ristrett għal min għandu 18-il sena jew aktar.
28 ta’ Novembru
Tifkira f’ġieh Erin Serracino-Inglott
L-Għaqda Poeti Maltin se ttella’ lejla ta’ f’ġieh Erin Serracino-Inglott f’għeluq
il-25 sena minn mewtu. Imexxi l-lejla Dr Ugo Mifsud Bonnici f’Bir Mula, Triq Sta Margerita, Bormla, fis-6.30pm.
Wirjiet
Sal-lum
Volumes
Wirja personali mtella minn Victor Agius li fiha jintwerew l-aktar skulturi riċenti fiċ-ċeramika u materjali mħallta.
It-tema tax-xogħlijiet tvarja għalkemm ħafna minnhom huma ispirati mill-figura umana u mill-ambjent naturali tal-kosta Għawdxija. Il-wirja qed tittella’ fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat Għawdex u tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9am sa nofsinhar. Għal aktar tagħrif żur www.victoragius.com jew ċempel fuq 79594508.
Sad-29 ta’ Novembru
People Watching
Wirja weħidha minn Celia Borg Cardona magħmula l-aktar minn pitturi taż-żejt. Il-wirja miftuħa bejn id-9am u l-5pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9.30am san-12.30pm kull nhar ta’ Sibt f’Gallery G, Villa Gourgion, 4 Triq Sir Ugo Mifsud, Ħal Lija. Ċempel 21421984/5. Żur www.celiaborgcardona.com.
Sad-29 ta’ Novembru
Voyage of Discovery
Il-wirja ħames wirja ta’ Matthew Kassar li qed tittella’ fil-bini tal-Uffiċċju tat-Turiżmu, Triq Merkanti, l-Belt. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm u s-Sibtijiet bejn it-8am u 12.00.
Sal-5 ta’ Diċembru
A Festival of Colour
Pippa Toledo qed ittella’ l-aħħar kollezzjoni ta’ xogħolijiet astratti ta’ ’l fuq minn 40 pittura wara erba’ snin mill-aħħar wirja tagħha. Il-wirja tinsab f’Gallery G, Villa Gourgion, 4, Triq Sir Ugo Mifsud, ĦaL Lija bejn id-9am u l-5pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn id-9.30am u n-1230pm kull nhar ta’ Sibt. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 21421984/5 jew ibgħat fuq grimand@medzone.com.mt.
Sat-8 ta’ Diċembru
Out of Fire
Seba’ ċeramisti nisa ngħaqdu għal wirja li qed tittella’ fl-uffiċċju ewlieni tal-Heritage Malta, fil-bini tal-Università fi Triq il-Merkanti fil-Belt. L-artisti huma Sue Mifsud, Julie Apap, Zell Osborne, Barbara Attard Pettett, Deborah Marmara, Talia Maggi u Rosella Schembri. Huma qed juru varjetà ta’ xogħlijiet taċ-ċeramika li jvarjaw fit-teknika u fil-metodi tan-nar. L-uffiċċju jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sal-4.30pm. Żur www.clayartmalta.com. |
|
Franica Pulis tintervista lil
Leonard Orban,
il-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu
Editorijal

Il Punt
Mons. Ġużeppi Mercieca

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Wenzu Mintoff
Patri Mark Montebello
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|