MediaToday

Aħbarijiet | 16 ta’ Novembru 2008 Nr 107

Maġistrat jagħti ċamata lill-Prim Imħallef

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

F’sentenza li ngħatat nhar l-Erbgħa fil-Qorti Kriminali tal-Maġistrati, il-Maġistrat Silvio Meli ta ċamata lill-Prim Imħallef bħala President tal-Qorti. Hu wera l-istmerrija tiegħu għall-fatt li b’effett minn Jannar li għadda l-kawżi kollha ta’ libell bdew jinstemgħu quddiem maġistrat wieħed.
Qabel Jannar il-kawżi ta’ libell kienu jinstemgħu quddiem maġistrati differenti skont lista ta’ min imissu iżda b’effett mill-bidu ta’ din is-sena l-kawżi l-ġodda kollha bdew jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Michael Mallia.
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Silvio Meli sostna li “Il-Qorti tieħu finalment l-opportunità biex tesprimi b’mod trasparenti kif tenut għall-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja, li d-deċiżjoni li ttieħdet reċentament li talloka dawn it-tip ta’ kawżi lill-Maġistrat wieħed, ma timmilitax favur l-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja.”
Din id-dikjarazzjoni saret waqt il-qari tas-sentenza fil-kawża li rebħu l-eks Chairman tat-Tarzna John Cassar White u l-Kap Eżekuttiv tat-Tarzna Cristhoper Bell kontra Dr. Richard Sladden li deher bħala Kuratur Deputat għal Joseph Calà ta’ Calà Corporation tal-Istati Uniti.
Cassar White u Bell rebħu €10,000 kull wieħed f’danni.

 

Intervista
M’iniex profeta

Charlot Zahra jintervista lill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech



Il Punt
Baġit f’żewġ kapitli
Michael Briguglio



Emmanuel Micallef
Qabel il-protesta storika!


Carmelo Mifsud Bonnici

Sebgħin sena ilu, anniversarju



Wensu Mintoff
Is-soċjetà ċivili


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan