MediaToday

Pjazzetta | 16 ta’ Novembru 2008 Nr 107

Kalendarju Kulturali

kotba

Illum
Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb
Din l-24 edizzjoni hi organizzata f’Dar il-Mediterran fil-Belt mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji. Tiftaħ mill-10am san-12.30pm u mit-3pm sad-9pm. Dħul b’xejn. Trasport mill-venda ta’ Putirjal. Żur www.ktieb.org.mt.

20 ta’ Novembru
stejjer li ma kellhomx jinkitbu - it-tnedija
Il-ktieb ta’ Immanuel Mifsud se jitnieda f’Bieb is-Sultan, il-Birgu fis-7.30pm. L-attriċi Sharon Bezzina se taqra xi siltiet mill-ktieb u Mary Darmanin tagħti taħdita qasira dwaru. Wara jisserva x-xorb. Kulħadd mistieden.

muŻika

Kull nhar ta’ ġimgħa
Acoustic Roots
Kull nhar ta’ Ġimgħa se jibdew kunċerti akustiċi mid-dwett Chasing Pandora fi Chiaroscuro (eks Labyrinth) fi Strada Stretta l-Belt bejn id-9 u l-11pm. Fil-21 ta’ Novembru jieħdu sehem id-dwett Driva (Eliza u Peter) kif ukoll iċ-ċellist Philip Zammit li kien daqq magħhom għal xi kanzunetti li nħarġu fl-ewwel album. Dakinhar Chasing Pandora għandhom idoqqu kanzunetti ġodda mill-EP Wide Eyed Beautiful li se jinħareġ għada. Il-prezz tad-dħul hu ta’ €2 u l-kunċerti m’għandhomx format fiss. Jistgħu jinkludu minn daqq spontanju għall-qari ta’ poeżiji.
Kantanti u kittieba tal-mużika li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jibagħtu demo lill-uffiċċju maniġerjali Tickety-boo fl-indirizz 2, Triq il-Barriera, Ħal Balzan BZN1200. Għal iktar tagħrif ċempel lil Sam Brown fuq 21556166 jew ibgħat fuq sam@tickety-boo.com

Illum
Skakkumatt
Kunċert mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, taħt id-direzzjoni ta’ Alexandre Gasparov li wkoll ikkompona l-mużika għalih, immirat għat-tfal dwar l-istorja ta’ Mudest il-pjun. L-istorja ta’ mħabba, battalja, rebħ u telf hi ibbażatha fuq il-logħba taċ-ċess b’kitba ta’ Mathilde Marinichi u maqluba għall-Malti minn Dorothy Camilleri. Ir-rakkont hu interpretat bil-Malti mill-attriċi Theresa Gauci. Iktar infomazzjoni tinkiseb fuq bookings@teatrumanoel.com.mt jew 21246389.

Illum
KUTRABANDA!
Brikkuni jniedu l-album tagħhom li jiġbor fih 12-il kanzunetta oriġinali bil-Malti fil-Liquid Club, f’San Ġwann fejn il-grupp se jinterpreta l-album kollu live. Qabel u wara l-kunċert tindaqq mużika varja magħżula mill-istess membri. Dħul €7 jew €11 bis-CD b’kollox. Il-bibien jinfetħu fis-6pm. Brikkuni huma Danjeli (keyboard), Michael (drums), Matthew (kitarra), Flambu (baxx) u Mario (vuċi) megħjuna minn Maria Pia Meli, Id-Delli, Ruth u Roberta. Għal iżjed tagħrif u siltiet mill-kanzunetti http://www.myspace.com/brikkuni
Illum
Kunċert vokali mill-Orkestra tal-Junior College tal-Università
Din l-Orkestra, magħmula minn 45 student, se tagħti kunċert vokali u strumentali fis-Sala tal-Kultura f’Palazzo Sliema tas-Società Filarmonica Sliema fl-10.30am, bħala ftuħ tat-tielet edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-Arti u f’għeluq l-10 sena mit-twaqqif tal-istess orkestra. Taħt id-direzzjoni tas-surmast Manoel Pirotta, l-orkestra se ddoqq bosta xogħlijiet varji klassiċi u kontemporanji.

teatru

Illum
Minn Taħt il-Friex
Kummiedja dwar bosta koppji maqluba għall-Malti minn Lino Grech mix-xogħol Bedroom Farce ta’ Alan Ayckbourn imtella’ minn Dwal Ġodda fit-Teatru ta’ Ħal Għargħur. Is-Sibt tittella’ fis-7.30pm u l-Ħadd fis-6.30pm. Aktar tagħrif jinkiseb permezz ta’ dwalgodda@yahoo.co.uk jew 79438328.

Wirjiet

Sat-23 ta’ Novembru
Volumes
Wirja personali mtella minn Victor Agius li fiha jintwerew l-aktar skulturi riċenti fiċ-ċeramika u materjali mħallta.
It-tema tax-xogħlijiet tvarja għalkemm ħafna minnhom huma ispirati mill-figura umana u mill-ambjent naturali tal-kosta Għawdxija. Il-wirja qed tittella’ fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat Għawdex u tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9am sa nofsinhar. Għal aktar tagħrif żur www.victoragius.com jew ċempel fuq 79594508.

Sad-29 ta’ Novembru
Voyage of Discovery
Il-wirja ħames wirja ta’ Matthew Kassar li qed tittella’ fil-bini tal-Uffiċċju tat-Turiżmu, Triq Merkanti, l-Belt. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm u s-Sibtijiet bejn it-8am u 12.00.

Sat-8 ta’ Diċembru
Out of Fire
Seba’ ċeramisti nisa ngħaqdu għal wirja li qed tittella’ fl-uffiċċju ewlieni tal-Heritage Malta, fil-bini tal-Università fi Triq il-Merkanti fil-Belt. L-artisti huma Sue Mifsud, Julie Apap, Zell Osborne, Barbara Attard Pettett, Deborah Marmara, Talia Maggi u Rosella Schembri. Huma qed juru varjetà ta’ xogħlijiet taċ-ċeramika li jvarjaw fit-teknika u fil-metodi tan-nar. L-uffiċċju jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sal-4.30pm. Żur www.clayartmalta.com.

 

Intervista
M’iniex profeta

Charlot Zahra jintervista lill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech



Il Punt
Baġit f’żewġ kapitli
Michael Briguglio



Emmanuel Micallef
Qabel il-protesta storika!


Carmelo Mifsud Bonnici

Sebgħin sena ilu, anniversarju



Wensu Mintoff
Is-soċjetà ċivili


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan