MediaToday

Ittri | 09 ta’ Novembru 2008 Nr 106

Il-baġit ta’ Gatt u l-baġit ta’ Fenech

Minn Joseph Bonnici,
Ħaż-Żabbar

Il-Ministru tal-Finanzi insista li t-tariffi tad-dawl u l-ilma mhumiex materja ta’ baġit. Għalija ma tagħmilx differenza jħabbarhomx qabel, waqt jew wara l-baġit għax li naf hu li bħal eluf ta’ nies oħra se nkun qed inħallas ferm iktar għall-kontijiet.
Il-verità hi li l-poplu se jara ħafna inqas flus fil-but minħabba l-kontijiet m’ogħla s-smewwiet li diġà beda jħallas.
L-inqas li seta’ jagħmel Tonio Fenech kien li fil-baġit jirrikonoxxi l-piżijiet akbar li ntefgħu fuq il-poplu fil-‘baġit’ ta’ Austin Gatt ġimgħa qabel u jikkumpensa lin-nies imqar għal sena waħda.
Bejn il-baġit ta’ Gatt u dak ta’ Fenech il-poplu mar lura mhux ’il quddiem. Kemm nixtieq li għadna lejlet l-elezzjoni għax dakinhar il-kliem kien għal kollox differenti. Il-finanzi kienu fis-sod, kien qed iwiegħed iktar flus fl-idejn, iktar xogħol u xogħol aħjar u l-affarijiet kellhom jibqgħu jwarrdu taħt il-Gvern Nazzjonalista.
Wisq nibża’ li llum qed inbatu għax il-Gvern kien ħali u mhux għaqli fl-infiq tiegħu lejlet l-elezzjoni.
M’hemmx x’tagħmel. Ikolli nbati għal tliet snin. Imbagħad nagħmel sena fejn ma jiżdidulix il-piżijiet u lejn l-aħħar sena l-Gvern jerġa’ jiftaħ idejh forsi jkun imissni xi ħaġa. Dan hu ċ-ċiklu miskin tal-politika Nazzjonalista.

 

 

Intervista

Il-baġit, it-tariffi u l-manifestazzjoni

Kurt Sansone jintervista lill-Kelliem Laburista għall Finanzi Charles Mangion



Il Punt
Ħalluna ngawdu l-frott ta’ ħidmietna
Josie Muscat



Emmanuel Micallef
Għalfejn nipprotestaw?


Carmelo Mifsud Bonnici

L-aħbarijiet għadhom hekk?



Wensu Mintoff
Yes we can!


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan