Aħbarijiet | 02 ta’ Novembru 2008 Nr 105
58% tan-Nazzjonalisti jgħidu li jkun għaqli li l-Gvern jaqta’ t-taxxa tad-dħul kif wiegħed
Kurt Sansone
L-istennija għall-ewwel baġit li se jippreżenta għada l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech hi iktar mis-soltu fid-dawl tat-tariffi ogħla tad-dawl u l-ilma li qed iħallsu l-familji u l-klima ekonomika negattiva li diġà ħalliet l-ewwel vittmi tagħha f’Malta.
L-aspettattiva tan-nies, kif imkejla fi stħarriġ li għamlet din il-gazzetta, hi li jkollhom aktar flus f’idejhom. Iktar minn 40 fil-mija jixtiequ jaraw żidiet fil-paga jew fil-pensjoni filwaqt li 14 fil-mija jridu jaraw tnaqqis fil-kontijiet tal-elettriku u l-ilma u 13 fil-mija jixtiequ tnaqqis fit-taxxi.
Mill-istħarriġ joħroġ ċar li n-nuqqas ta’ flus fl-idejn għadu sors ta’ nkwiet għall-familji minkejja t-tnaqqis tat-taxxa li daħal fis-seħħ fil-bidu tas-sena u l-għoti tal-allowance tat-tfal lil kulħadd. Jidher li l-familji raw iż-żidiet fid-dħul jittieklu mill-għoli tal-ħajja u l-kontijiet bis-soprataxxa ta’ 95 fil-mija.
F’intervista ma’ Illum is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb jgħid li l-union qed tistenna li fil-baġit ta’ għada l-Gvern iħabbar miżuri konkreti biex itaffi l-piż tat-tariffi l-ġodda tal-elettriku u l-ilma.
Fl-istess ħin Alternattiva Demokratika lbieraħ iddeskriviet l-eżerċizzju taż-żidiet fit-tariffi bħala “kompletament imbażwar”.
“Mhux diżunur li l-Gvern jirrealizza l-iżbalji tiegħu u jipprova jsewwihom,” sostna ċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola.
Intant l-aħħar ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati nhar il-Ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Istatistika jagħtu indikazzjoni ċara ta’ kemm mar żmerċ il-Gvern fit-tbassir tiegħu fil-baġit ta’ sena ilu.
L-iżbilanċ sal-aħħar ta’ Settembru kien iktar minn €258 miljun, ferm ’il bogħod mill-mira tal-Gvern. Skont ma bassar fil-baġit ta’ sena ilu, sal-aħħar tal-2008 il-Gvern għandu jagħlaq il-kotba bi żbilanċ ta’ €68 miljun.
|
|
Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb
Editorijal

Il Punt
Marco Cremona

TONI u PEPPI

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Wensu Mintoff
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|