MediaToday

Pjazzetta | 02 ta’ Novembru 2008 Nr 105

muŻika

Mis-7 ta’ Novembru
Acoustic Roots
Kull nhar ta’ Ġimgħa se jibdew kunċerti akustiċi mid-dwett Chasing Pandora fi Chiaroscuro (eks Labyrinth) fi Strada Stretta l-Belt bejn id-9 u l-11pm. Ta’ kull ġimgħa kantanti u mużiċisti ġodda kif ukoll oħrajn popolari se joffru interpretazzjoni tad-diski tagħhom flimkien ma’ diski popolari ta’ artisti oħra.
Il-prezz tad-dħul hu ta’ €2 u l-kunċerti m’għandhomx format fiss. Jistgħu jinkludu minn daqq spontanju għall-qari ta’ poeżiji.
Kantanti u kittieba tal-mużika li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jibagħtu demo lill-uffiċċju maniġerjali Tickety-boo fl-indirizz 2, Triq il-Barriera, Ħal Balzan BZN1200. Għal iktar tagħrif ċempel lil Sam Brown fuq 21556166 jew ibgħat fuq sam@tickety-boo.com

13, 14, 15, 16 ta’ Novembru
Skakkumatt
Kunċert mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, taħt id-direzzjoni ta’ Alexandre Gasparov li wkoll ikkompona l-mużika għalih, immirat għat-tfal dwar l-istorja ta’ Mudest il-pjun. L-istorja ta’ mħabba, battalja, rebħ u telf hi ibbażatha fuq il-logħba taċ-ċess b’kitba ta’ Mathilde Marinichi u maqluba għall-Malti minn Dorothy Camilleri.
Ir-rakkont se jiġi interpretat bil-Malti mill-attriċi Theresa Gauci li se tagħti vuċi kull strument. Rosetta Debattista hi l-koordinatriċi. Iktar infomazzjoni tinkiseb fuq bookings@teatrumanoel.com.mt jew 21246389.

16 ta’ Novembru
KUTRABANDA!
Brikkuni jniedu l-album tagħhom li jiġbor fih 12-il kanzunetta oriġinali bil-Malti fil-Liquid Club, f’San Ġwann fejn il-grupp se jinterpreta l-album kollu live. Qabel u wara l-kunċert tindaqq mużika varja magħżula mill-istess membri. Dħul €7 jew €11 bis-CD b’kollox. Il-bibien jinfetħu fis-6pm. Brikkuni huma Danjeli (keyboard), Michael (drums), Matthew (kitarra), Flambu (baxx) u Mario (vuċi) megħjuna minn Maria Pia Meli, Id-Delli, Ruth u Roberta. Għal iżjed tagħrif u siltiet mill-kanzunetti http://www.myspace.com/brikkuni

16 ta’ Novembru
Kunċert vokali mill-Orkestra tal-Junior College tal-Università
Din l-Orkestra, magħmula minn 45 student, se tagħti kunċert vokali u strumentali fis-Sala tal-Kultura f’Palazzo Sliema tas-Società Filarmonica Sliema fl-10.30am, bħala ftuħ tat-tielet edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-Arti u f’għeluq l-10 sena mit-twaqqif tal-istess orkestra.
Taħt id-direzzjoni tas-surmast Manoel Pirotta, l-orkestra se ddoqq bosta xogħlijiet varji klassiċi u kontemporanji.

fieri/ festivals

Illum
Il-Festa tal-Qargħa Aħmar
Il-Koperattiva Rurali Manikata, bil-għajnuna tal-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu, qed jorganizzaw għall-ewwel darba l-Festa tal-Qargħa Aħmar li se ssir fil-Pjazza tal-Manikata bejn l-10.30am u t-3pm u fiha jkun hemm torti tal-qargħa aħmar magħmula mill-voluntiera tal-Koperattiva, pasti tal-qargħa aħmar magħmula mill-istudenti u l-għalliema tal-ITS, prodotti tipiċi tal-post fosthom inbid, tadam imqadded, għasel, ġulepp tal-ħarrub, ġammijiet differenti, żejt taż-żebbuġa organiku bi produzzjoni ta’ Żeppi mill-Fawwara.
Il-Kabozza, grupp folkloristiku Għawdxi, se jkun qed jipprovdi mużika tradizzjonali matul il-ġurnata. Għal aktar tagħrif żur www.manikatafarmers.com jew www.its.edu.mt.

12 sas-16 ta’ Novembru
Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb
Din l-24 edizzjoni se tkun organizzata f’Dar il-Mediterran fil-Belt mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sas-1.30pm u mill-5pm sad-9pm, il-Ġimgħa mid-9am sas-1.30pm u mill-5pm sal-10pm, is-Sibt mid-9am san-12.30pm u mill-4pm sal-10pm u l-Ħadd mill-10am san-12.30pm u mit-3pm sad-9pm.
Dħul b’xejn. Trasport mill-venda ta’ Putirjal. Żur www.ktieb.org.mt.

Sal-10 ta’ Novembru
Il-Festival Malti tal-Films Internazzjonali
Il-KRS Film Distributors qed jorganizzaw il-ħames edizzjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Il-Festival jiġbor fih 14-il film minn madwar id-dinja bil-biċċa l-kbira minnhom li rebħu aktar minn premju prestiġġuż. Ħamsa minnhom għandhom direttur mara fosthom dak tal-Libanu, tal-Amerka, tal-Awstralja, tal-Kanada u tal-Ungerija. Il-films li saru bil-lingwa tal-pajjiż għandhom is-subtitles. Għal aktar tagħrif żur www.sjcav.org.

teatru

Illum, 7, 8, u 9 ta’ Novembru
Bla Kondixin
Pawlu Portelli, Ray Calleja, Mario (Snits) Spiteri, Tanya Scicluna u Malcolm Galea se jerġgħu jieħdu sehem fi Bla Kondixin. Din is-sena t-tema tas-Super-eroj tagħtina xalata sħiħa ta’ ċajt, kollha attwali u fuq personalitajiet magħrufa magħna l-Maltin. Bħas-soltu se jkun hemm band residenti, din is-sena bl-isem ta’ The Energy Savers. Bla Kondixin se tittella’ fis-sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta u tibda fis-7.30pm. Il-biljetti jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu fuq 21223216 jew boxoffice@sjcav.org.
Żur www.blakondixin.com.

7, 8, 9 ta’ Novembru
Cyrano le Myestere
Il-kumpanija teatrali Nonsuch Players se ttella’ dramm f’att wieħed bl-Ingliż bid-direzzjoni ta’ Sue Fletcher fit-8pm f’Bieb is-Sultan fil-Birgu faċċata tal-Kulleġġ St Edward’s. Fl-1655, fl-età ta’ 36 sena, imut Cyrano Savinien Hercule de Bergerac wara li qasrija waqgħat minn gallarija u qasmitlu rasu. Mewtu xxukkjat lil ħafna nies imma mhux lil kulħadd. Bergerac kien kittieb magħruf, ġellied b’xabla ħafifa u b’umoriżmu vulgari. Dan il-ħabib leali kien se jħoss in-nuqqas tiegħu Molière. Imma kien inċident jew qtil?
Il-biljetti jinkisbu minn Fondazzjoni Wirt Artna fuq 21800992 jew info@nonsuchplayers.org jew mill-bieb siegħa qabel.

8, 9 ta’ Novembru
Il-Honeymoon ta’ Karmen Abdilla
Kummiedja oħra ta’ Charles Clews imtella’ mill-Grupp Atturi C.F.K. fi ħdan il-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu Fleur De Lys, Birkirkara s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fis-6.30pm.Jieħdu sehem Luke Galea, Antoinne Micallef, Michael Ciantar, Ernest Attard, Clayton Zammit u Ruby Grech. Id-direzzjoni f’idejn Joe Abela.
Il-biljetti jinqatgħu miċ-Ċentru Familja Karmelitana fi Triq il-Vlontin, Fleur De Lys, Birkirkara. Ċempel 21485306.

14, 15, 16, 21, 22, 23 ta’ Novembru
Zoo goes School Musical
Iż-Zoo din id-darba ħadmu fuq spettaklu bit-tema tal-iskola fil-Valletta Waterfront. Fih se jkun hemm karattri ġodda u oħrajn ‘qodma’ se jkunu hemm biex jiddevertu lill-pubbliku mill-bidu sal-aħħar. Żur www.zoo.com.mt jew ixtri l-biljetti minn www.biljetti.com. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 79790200, 21808080.

Wirjiet

Sal-lum
Wirja 5
Il-Kavallier ta’ San Ġakbu għaddej wirja interattiva mmirata għat-tfal li tpoġġihom f’ambjent maġiku ispirat mill-ħames sensi. Il-Galleriji ta’ Fuq inbidlu f’passaġġ li jolqot is-sensi u li jwassal lit-tfal biex b’mod interattiv jitgħallmu dwar kulturi oħrajn. Il-wirja tirrifletti d-dimensjoni interkulturali tal-ħajja ta’ kuljum u tippermetti lit-tfal jitgħallmu dwar id-diversità kulturali b’mod li jagħtu sehemhom b’gost.
Tħejja programm biex tfal tal-iskejjel iżuru filgħodu. L-iskejjel interessati huma mitluba jikkuntattjaw lil Amanda Palmier fuq schoolprogrammes@sjcav.org jew 21223216.

Sat-23 ta’ Novembru
Volumes
Wirja personali mtella’ minn Victor Agius li fiha jintwerew l-aktar skulturi riċenti fiċ-ċeramika u materjali mħallta.
It-tema tax-xogħlijiet tvarja għalkemm ħafna minnhom huma ispirati mill-figura umana u mill-ambjent naturali tal-kosta Għawdxija.
Il-wirja qed tittella’ fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat Għawdex u tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9am sa nofsinhar. Għal aktar tagħrif żur www.victoragius.com jew ċempel fuq 79594508.

8 sad-29 ta’ Novembru
Voyage of Discovery
Il-wirja ħames wirja ta’ Matthew Kassarli se tittella’ fil-bini tal-Uffiċċju tat-Turiżmu, Auberge D’Italie, Triq Merkanti, l-Belt. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm u s-Sibtijiet bejn it-8am u 12.00.

 

Intervista
“Fuq il-ħaddiema riesaq sħab iswed”

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb



Il Punt
Il-valur tal-ilma
Marco Cremona



TONI u PEPPI
Każini politiċi bis-soldi u rekwiżizzjonati: x’futur?



Emmanuel Micallef
Baġit iebes; poplu artab


Carmelo Mifsud Bonnici

Insalvaw il-kapitaliżmu jekk dan għandu jsalva



Wensu Mintoff
Is-Sinjura


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan