MediaToday

Aħbarijiet | 26 ta’ Ottubru 2008 Nr 104

Bullets f’awla ta’ Maġistrat

Julia Farrugia

L-awtoritajiet qed jinvestigaw is-sejba ta’ numru ta’ bullets mal-bieb tal-awla tal-Maġistrat Audrey Demicoli.
Is-sejba saret nhar il-Ħamis li għadda. Illum tista’ tiżvela li dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali li trid tistabbilixxi numru ta’ fatturi. Minkejja li s’issa diġa għaddew tlett ijiem l-awtoritajiet ħassew li għandhom iżommu mistur dan il-każ.
Sorsi qrib il-Maġistratura kkonfermaw ma’ din il-gazzetta li l-ħames bullets instabu f’kantuniera ħdejn il-bieb ta’ Awla 9. Jidher li dawn instabu minn uffiċjal tal-Pulizija li informa mill-ewwel lill-awtoritajiet b’dan il-każ.

Is-sejba qed titqies bħala waħda serja ħafna. L-investigaturi jridu jistabbilixxu fost l-oħrajn jekk dawn il-bullets humiex kompatibbli ma’ dawk li jintużaw normalment mill-pulizija.
L-investigaturi jridu jistabilixxu wkoll jekk dan kienx parti minn pjan akbar ta’ reat fil-Qorti.
Illum tinsab infurmata li fost il-persuni li jaħdmu f’din l-awla hemm individwi li potenzjalment jistgħu jkunu fil-mira ta’ kriminali. Fost il-persuni li jaħdmu f’Awla 9 hemm it-tifla tal-Maġistrat Quintano li hi d-deputat reġistratur tal-Qorti. Fl-istess awla hemm impjegata wkoll bħala skrivana t-tifla tal-Assistent Kummissarju Michael Cassar li fl-1994 kien fil-mira ta’ splużjoni ta’ bomba li tqegħdet mal-faċċata tad-dar tiegħu.
Waħda mill-angoli tal-investigazzjoni li ma jistgħux ikunu njorati hu l-fatt li min poġġa dawn il-bullets seta’ poġġihom hemm biex jużahom aktar tard. Xenarju ieħor hu dak fejn min poġġa l-munizzjon, għamel dan bl-iskop ewlieni li jbeżża’ u jwissi lil xi ħadd li regolarment ikun f’din l-awla.
Il-mottivi f’dan il-każ jistgħu jkunu bosta. Wieħed ma jistax lanqas jeskludi fil-mira kien hemm xi ċittadin partikolari li kellu kawża l-Qorti f’diżgwid ma’ xi ħadd. Possibiltà oħra tista’ tkun dik li fil-mira kien hemm xi avukat.
Dan il-każ għandu jitfa’ l-lenti u mistoqsijiet ġodda fuq il-livell ta’ sigurtà fil-Qrati Maltin. Mistoqsija ewlenija li trid tkun imwieġba hi kif minkejja s-suppost apparat ta’ xray u ta’ sigurtà li hemm fid-daħla tal-Qorti, il-munizzjon ma nqabadx la mill-apparat suppost sofistikat u lanqas mill-ħaddiema li jkunu għassa mal-bieb tal-Qorti.
Is-sejba tal-bullets nisslet biża’ fost il-ħaddiema tal-Qrati. Nhar il-Ġimgħa fil-Qorti kien hemm theddida ta’ bomba u bħalma jiġri f’każijiet ta’ din ix-xorta l-persuni kollha fil-bini kellhom ikunu evakwati. Bis-sejba tal-munizzjon friska f’moħħhom ħaddiema tal-Qorti urew il-biża’ tagħhom dwar il-possibbiltà ta’ reat. Persuna li tkellmet ma’ Illum fuq il-kundizzjoni ta’ anonimità sostniet li “hemm bżonn li s-sigurtà tissaħħaħ mhux biss fid-daħla tal-Qorti iżda wkoll faċċata.
“Malli kienu qed jevakwawna ’l barra kien hemm persuna li staqsiet ‘fejn nafu jekk min għamel it-theddida ta’ bomba għamilx dan bl-iskop li x’ħin noħorġu barra fuq l-għatba jispara tiri hemmhekk?
“Sal-lum dawn l-aspetti ħadd qatt ma ta’ każ tagħhom. Imma hemm bżonn li jittieħdu bis-serjeta,” saħqet din il-persuna.
Mhux magħruf għal liema raġuni l-Awtoritajiet żammew fommhom sieket dwar dan il-każ li hu ta’ interess pubbliku.

 

Intervista
Id-destin tal-Libanu u ta’ Hariri

Waqt żjara fil-Libanu JULIA FARRUGIA tintervista lil Saad Hariri, iben l-eks prim ministru assassinat Rafik Hariri, u lil Nawwaf Massaoui kelliem tal-grupp militanti Hezbollah


L-okkupazzjoni li ġġiegħlek taqbad l-armi



Il Punt
L-iskandlu tal-MITTS
Chris Cardona



TONI u PEPPI
Joanne saret mara. Għandha dritt tiżżewweġ?



Emmanuel Micallef
Tariffi bla kont!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-kwistjoni tal-vjolenza domestika



Wensu Mintoff
Sweet and sour


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan