MediaToday

Pjazzetta | 26 ta’ Ottubru 2008 Nr 104

Fuq l-għatba l-Festival tal-Films Internazzjonali f’Malta

Il-KRS Film Distributors qed jorganizzaw il-ħames edizzjoni tal-Malta International Film Festival fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-jiem li ġejjin bejn id-29 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Novembru. Il-Festival jiġbor fih 14-il film minn madwar id-dinja bil-biċċa l-kbira minnhom li rebħu aktar minn premju prestiġġuż. Ħamsa minnhom għandhom direttur mara fosthom dak tal-Libanu, tal-Amerka, tal-Awstralja, tal-Kanada u tal-Ungerija. Il-films li saru bil-lingwa tal-pajjiż għandhom is-subtitles.

Il-programm
Rumanija
4 Months, 3 Weeks & 2 Days
Ir-Rumanija waqt l-aħħar ftit jiem tal-Kommuniżmu. Otilia u Gabita huma studenti li jaqsmu kamra bejniethom f’residenza f’Bukarest. Gabita hi tqila. It-tfajliet jirranġaw biex jiltaqgħu mas-Sur Bebè f’lukanda rħisa biex jagħmel abort illegali fuq it-tfajla. Iżda hu jirrifjuta flushom. Minflok jitlob li jitħallas mod ieħor.
29 ta’ Ottubru fit-3pm u fis-6pm
8 ta’ Novembru fid-9pm

Renju Unit
Brideshead Revisited
Fil-bidu tar-rebbiegħa tal-1944 Charles Ryder hu kaptan tal-armata diżappuntat li jasal fil-Kastell ta’ Brideshead,
il-kwartieri l-ġodda tal-brigata. Il-post jafu sew u jieħdu lura fl-1922 u l-ewwel laqgħa li kellu ma’ Sebastian Flyte, l-iżgħar tifel ta’ Lord Marchmain. Ryder jirrakkonta l-istorja permezz tal-memorji li jiġuh dwar il-kastell u l-familja aristokratika.
29 ta’ Ottubru fid-9pm
5 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

Indja
Saawariya
Hi l-istorja ta’ kantant żagħżugħ li ntilef wara mara misterjuża li qed tistenna li jiġi lura l-maħbub tagħha.
30 ta’ Ottubru fit-3pm u fis-6pm
5 ta’ Novembru fid-9pm

L-Italja
In Memory of Me
Il-film jinvestiga l-ħajja ta’ żagħżugħ li jiddeċiedi jsir Ġiżwita f’monasteru f’Venezja. Iżda x-xewqa timtela b’dubji li jweġġgħu qabel ma jiġi ordnat.
30 ta’ Ottubru fid-9pm
8 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

Awstralja
Death Defying Acts
Meta l-artist magħruf Harry Houdini (Guy Pierce)jasal f’Edinbugh u joffri $10,000 lil min jirnexxilu jagħmel kuntatt m’ommu mill-qabar, jidħlu għaliha psikika (Catherine Zeta-Jones) sabiħa imma makakka u bintha kompliċi magħha. Aktar ma’ Houdini jqatta’ ħin mal-mara hu aktar isir affaxxinat biha. Iżda dak li beda bħala ngann jikber f’affari ħafna aktar ikkumplikat u perikoluż.
31 ta’ Ottubru fit-3pm u fis-6pm
6 ta’ Novembru fid-9pm

L-Awstrija
The Counterfeiters
L-istorja vera tal-falsifikatur Solomon Sorowitsch. Wara li fl-1944 kien ġie arrestat fil-kamp ta’ konċentrament Ġermaniż jaċċetta li jgħin lin-Nazzisti biex jorganizzaw operazzjoni falza li tgħinhom finanzjarjament fil-gwerra.
31 ta’ Ottubru fid-9pm
6 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

Spanja
The Orphanage
Laura qattgħat tfulitha f’orfanatrofju. Tletin sena wara tmur lura fl-istess post ma’ żewġha u binha ta’ seba’ snin, Simon, bil-ħolma li tiftaħ il-post mitluq għal tfal diżabbli. Id-dar il-ġdida tqajjem l-immaġinazzjoni tat-tifel u jibda jinseġ għanqbuta ta’ ħrejjef fantastiċi u logħob mhux daqshekk innoċenti.
1 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm
7 ta’ Novembru fid-9pm

Franza
Welcome to the Sticks
L-aktar film Franċiż li għamel suċċess li jittratta l-istorja ta’ maniġer tal-posta fi Provenza li kontra qalbu jkollu jmur jaħdem fin-naħa ta’ fuq b’deċiżjoni meħuda minn ta’ fuqu. Sħabu xebgħu jirrakkuntawlu stejjer dwar post imdallam dejjem bil-kesħa u bix-xita. Il-maniġer meta jasal f’Bergues jaħbat ma’ Antoine Bailleul. Hu jemmen li kisserlu x-xedaq iżda jkun biss l-aċċent tiegħu. L-istranġier jirrealizza li l-post fejn inbagħat mhux l-infern wara kollox għax mimli nies dħulin b’qalbhom tad-deheb.
1 ta’ Novembru fid-9pm
9 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

Kanada
Away from Her
Raġel jgħix mal-fatt li martu, li għandha l-Alzheimer u li qed tgħix ġo dar apposta, tibda tħobb lil raġel ieħor li jgħix fl-istess residenza: Aubrey, mutu li juża’ s-siġġu tar-roti.
2 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm
11 ta’ Novembru fid-9pm

Brażil
City of Men
Ace u Wallace daqt jagħlqu t-18 u bħalissa qed jiffaċċaw it-toroq li hemm quddiemhom. Ace isir missier u jipprova jrabbi lil ibnu. Wallace jintilef fit-tfittxija ta’ missieru li hu eks ħabsi u ma jafx x’sar minnu. Jinkixef sigriet mill-passat li jhedded li jfarrak ir-relazzjoni ta’ bejniethom u ż-żewġ żgħażagħ jispiċċaw kontra f’xulxin fi ġlieda bejn gangs li ġġagħlhom jaffaċċaw lil xulxin kif ukoll lilhom infushom.
2 ta’ Novembru fid-9pm
11 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

L-Ungerija
Children of Glory
Fil-Logħob tal-Olimpijadi f’Melbourne, it-tim tal-waterpolo Ungeriż irid jiffaċċa r-Russi fil-logħba li tibqa’ magħrufa bħala l-aktar waħda mdemmija fl-istorja.
3 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm
9 ta’ Novembru fid-9pm

Il-Libanu
Caramel
F’Beirut ħames nisa jiltaqgħu fi beauty salon. Il-konversazzjoni intima tagħhom hi dwar irġiel, sess u maternità.
3 ta’ Novembru fid-9pm
7 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

Il-Ġappun
Vexille
Film animat dwar il-Ġappun fl-2077. Aġenta mara bl-isem ta’ Vexille tintbagħat Tokyo biex tinvestiga jekk il-Ġappuniżi humiex jaħdmu fuq teknoloġija robotika, li suppost twaqqfet milli tkompli ssir mill-Ġnus Magħquda, minħabba li għandha theddida potenzjali għall-bnedmin. Il-Ġappun ilu maqtugħ għalih bla ebda kuntatt barrani għal 10 snin u s-soċjetà li nbidlet qed taħbi sigriet kbir.
4 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm
10 ta’ Novembru fid-9pm

L-Amerka
Elegy
Il-kritiku kulturali David Kepesh meta jħoss li jkun wasal fl-aħjar tal-irġulija tiegħu tfarraklu kollox l-istudenta tiegħu Consuela Castillo (Penelope Cruz) li tqajjem fih sens ta’ possessività sesswali.
4 ta’ Novembru fid-9pm
10 ta’ Novembru fit-3pm u fis-6pm

 

Intervista
Id-destin tal-Libanu u ta’ Hariri

Waqt żjara fil-Libanu JULIA FARRUGIA tintervista lil Saad Hariri, iben l-eks prim ministru assassinat Rafik Hariri, u lil Nawwaf Massaoui kelliem tal-grupp militanti Hezbollah


L-okkupazzjoni li ġġiegħlek taqbad l-armi



Il Punt
L-iskandlu tal-MITTS
Chris Cardona



TONI u PEPPI
Joanne saret mara. Għandha dritt tiżżewweġ?



Emmanuel Micallef
Tariffi bla kont!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-kwistjoni tal-vjolenza domestika



Wensu Mintoff
Sweet and sour


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan