MediaToday

Il-Punt - Chris Cardona | 26 ta’ Ottubru 2008 Nr 104

L-iskandlu tal-MITTS

Il-MITTS hi l-entità governattiva li fost affarjiet oħra għandha responsabbiltà tas-settur magħruf bħala teknoloġija tal-informatika fis-settur pubbliku.
Għandha wkoll kontroll fuq, u maħżun fis-servizzi tagħha, kull tagħrif sensittiv u kunfidenzjali li għandu l-Gvern u li jista’ jkollhom iċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż.
Wara li ħarġu fil-mezzi tax-xandir l-allegazzjonijiet ta’ spjunaġġ fil-MITTS, l-Oppożizzjoni Laburista talbet li jsir dibattitu parlamentari urġenti – sejħa li l-Ministru Austin Gatt, bħala l-ministru responsabbli minn dan is-settur, caħad.
Kompla jgħid u jgħajjar lill-Oppożizzjoni li dak li qed ngħidu aħna hu ‘balla gideb’. Iżda qal ukoll li hu ma kienx se jfixkel l-investigazzjoni tal-Pulizija. Wieħed isaqsi: x’inhuma eżattament jinvestigaw il-Pulizija – il-balla gideb li semma Austin Gatt?
Din hi kwistjoni serja li timmerita ħafna iżjed maturità u sensibbiltà politika. L-allegazzjonijet huma gravi. L-abbuż li allegatament sar jista’ jittraduċi ruħu f’azzjoni li tista’ tmur kontra s-sigurtà tal-Istat, kontra l-ordni pubbliku, kontra d-dritt tal-privatezza tal-persuni u kontra l-libertà tal-espressjoni.
Wara li eskalat il-pressjoni pubblika fuq il-Gvern il-Ministru Gatt iddeċieda li jagħmel stqarrija fil-Parlament wara li ftit ġranet qabel kien irrifjuta dibattitu. Stqarrija li kompliet tħawwad lil kull min semagħha – kontradizzjonijiet, argumenti mċajpra u premessi vagi!
Minn dak li qal fl-istqarrija rriżulta li l-aċċess għall-kmamar ta’ informazzjoni fil-MITTS hu wieħed defiċjenti kif ukoll li l-istruttura mħaddma, għalkemm b’saħħitha, ma kinetx qed tintuża kif suppost. Mill-istqarrija irriżulta wkoll li l-abbuż inkixef minħabba li wieħed mis-servers kien qed juri nuqqasijijet fl-operat tiegħu filwaqt li min wettaq l-allegat abbuż mhuwiex professjonali. Jirriżulta wkoll li l-politika u l-proċeduri tekniċi użati mill-MITTS ma kienu adegwati xejn filwaqt li setgħu jiddaħħlu miżuri ġodda ta’ sigurtà mingħajr il-ħtieġa ta’ installazzjoni ta’ software jew hardware addizzjonali.
L-istqarrija tkompli tħawwad l-imħuħ meta titkellem fuq min wettaq l-abbuż. Huma dawk li jaħdmu mal-MITTS jew xi ħadd mill-Ambaxxata Maltija fil-Kajr li wettqu l-abbuż?
Ta’ dan kollu u aktar jeħtieġ li jkun hemm serħan tal-moħħ. Jeħtieġ li jkun hemm identifikazzjoni ta’ min wettaq l-abbuż, għalfejn twettaq, min kienu l-vittmi, kif sar u għalfejn tħalla jseħħ. Jeħtieġ ukoll li jkunu identifikati min huma l-persuni li finalment kellhom ir-responsabbiltà amministrattiva biex dan l-abbuż ma jseħħx. Ladarba jkun stabbilit dan kollu rridu niddiskutu u nassiguraw li r-responsabbiltà politika tinġarr.
F’dan ix-xenarju l-Oppożizzjoni Laburista qed titlob b’konvinzjoni lill-Gvern li jsejjaħ u jara li ssir inkjesta minnufih. Tant huma serji reati bħal dawn li l-piena tal-Liġi Kriminali titla’ sa 10 snin ħabs. Hemm il-ħtieġa li l-Gvern jassigura u jara li jkun hemm fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika u mhux joqgħod jinħeba wara l-iskuża tal-investigazzjoni tal-Pulizija. Jekk verament għandna Gvern li jrid jimxi fuq il-mudell Ewropew ta’ trasparenza u kontabbiltà għandu jaqbel mal-proposta tal-Oppożizzjoni mingħajr aktar dewmien u ħela ta’ ħin.

Chris Cardona hu Kelliem Laburista għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni

 

Intervista
Id-destin tal-Libanu u ta’ Hariri

Waqt żjara fil-Libanu JULIA FARRUGIA tintervista lil Saad Hariri, iben l-eks prim ministru assassinat Rafik Hariri, u lil Nawwaf Massaoui kelliem tal-grupp militanti Hezbollah


L-okkupazzjoni li ġġiegħlek taqbad l-armi



Il Punt
L-iskandlu tal-MITTS
Chris Cardona



TONI u PEPPI
Joanne saret mara. Għandha dritt tiżżewweġ?



Emmanuel Micallef
Tariffi bla kont!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-kwistjoni tal-vjolenza domestika



Wensu Mintoff
Sweet and sour


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan