MediaToday

Aħbarijiet | 12 ta’ Ottubru 2008 Nr 102

Tħallas minn qabel għad-dawl li se tuża

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Korporazzjoni Enemalta ma tridx tgħid meta se jiddaħħlu l-metres tad-dawl il-ġodda. Madankollu kkonfermat li s-sistema l-ġdida se tinkludi faċilità li biha persuna tista’ tħallas minn qabel għad-dawl li tkun se tuża.
Nhar il-Ħadd li għadda Illum żvelat kif uffiċjali għolja mill-kumpanija IBM kienu Malta għal iffirmar ta’ ftehim mal-Enemalta dwar metres ġodda.
Mistoqsija minn din il-gazzeta meta mistennija jidħlu dawn il-metres, l-Enemalta qalet biss li “it-tender dwar servizzi ta’ teknoloġija hu aktar kumpless minn sempliċiment l-introduzzjoni ta’ metres ġodda.”
Kelliem għall-kumpanija qal li għalkemm l-aspett tan-negozjati hu konkluż, in-negozjati dwar il-kuntratt sħiħ għadhom għaddejjin. “Dettalji dwar il-konklużjonijiet tan-negozjati jingħataw meta jkunu konklużi,” sostniet l-Enemalta.
Il-Korporazzjoni kkonfermat li bis-sistema l-ġdida se tibda tintuża l-card li biha persuna tħallas bil-quddiem għad-dawl li tkun se tikkonsma.
“L-Enemalta trid ittejjeb il-faċilitajiet ta’ ħlas li toffri lill-klijenti tagħha u dan l-aspett hu wkoll inkluż fil-kuntratt li qed jiġi nnegozjat.”
Il-Korporazzjoni qed tgħid li bis-sistema ġdida li se toħloq ikollha sistema awtomatika ta’ ħruġ ta’ kontijiet u pagamenti, il-kontroll tas-sub stations minn post ċentralizzat u sistema magħrufa bħala Automatic Metering Infrastructure Solution.
Fil-11 ta’ Diċembru 2006 l-Enemalta ppubblikat tender internazzjonali għal dawn il-bidliet. F’din is-sejħa għall-offerti ntalbu s-servizzi ta’ teknoloġija u informazzjoni għal software li trid tuża l-Korporazzjoni.
Kienet biss l-IBM Global Services ta’ Spanja li tefgħet l-offerta inizzjali u n-negozjati bdew f’April ta’ din is-sena.
Skont il-Korporazzjoni “l-IBM issuperat l-istadju ta’ evalwazzjoni.”

 

Intervista
Meta ċ-ċifri jsiru iktar importanti min-nies

Kurt Sansone jintervista lis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella



Il Punt
Tmunier li jnissel tama
Kirill Micallef Stafrace


Toni Abela
Daqshekk housing soċjali?



Emmanuel Micallef
Jekk mhux ħmar, felu!


Carmelo Mifsud Bonnici
L-isfidi l-ġodda



Wensu Mintoff
Mhemmx nejk


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan