MediaToday

Pjazzetta | 21 ta’ Settembru 2008 Nr 99

Kalendarju Kulturali għas-Sajf

Festi

Illum
San Leonardu, Ħal Kirkop
Santu Rokku, Żurrieq

26 ta’ Settembru
Il-Madonna taċ-Ċintura, Gudja, il-Belt

28 ta’ Settembru
Il-Madonna tal-Mellieħa, Mellieha

muŻika

27 ta’ Settembru
Ftuħ tal-istaġun tal-Maneol
Kunċert mill-Orkestra Filarmonika Maltija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Brian Schembri bil-parteċipazzjoni
tal-pjanista Stefan Cassar li jiftaħ l-istaġun tat-Teatru Manoel fit-8pm. Dakinhar jindaqqu l-kompożizzjonijiet ta’ Beethoven u Schubert.

1-5, 9-13 ta’ Ottubru
Voices: Tell Me Why
Il-kunċert, b’kor ta’ 200 ruħ, qed jittella’ għat-tmien darba f’Dar il-Mediterran bil-għan li nofs id-dħul imur għaċ-Ċentru ta’ Tagħlim ġdid ta’ Caritas f’San Blas, li jgħin fir-rijabilitazzjoni tal-adoloxxenti dipendenti mid-drogi biex jidħlu lura fis-soċjetà.
Il-booking miftuħ u l-biljetti jinkisbu minn Dar il-Mediterran mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9am u s-1pm u bejn l-4pm u s-7.30pm.

3 ta’ Ottubru
Autokat fi Sky Club
Il-grupp mużikali minn Manchester se jdoqqu f’kunċert fi Sky Club, Paceville. Il-gruppi Maltin, The Areola Treat u Airport Impressions, se jdoqqu qabilhom u d-dj għal-lejla se jkun Wayne Flask. Il-biljetti jinxtraw minn Muddy Waters, Juuls, Anthony D’Amato, Sound & Vision u Coconut Grove. Għal aktar tagħrif żur www.hairyamp.com u
www.myspace.com/Autokat jew ċempel fuq 79992136.

Nightlife

Kull nhar ta’ Erbgħa
Tat-Taraġ Wednesdays
Mużika live minn kantanti u mużiċisti differenti kull nhar ta’ Erbgħa u wirjiet minn artisti differenti fil-ġimgħa f’Tat-Taraġ Wine Bar, fit-Telgħa tas-Saqajja.

Unplugged Wednesdays
Mużika akustika tindaqq f’Townhouse 5, Triq
ir-Repubblika, fir-Rabat. Tibda fid-9pm u dħul b’xejn. Ċempel 27500055 għal aktar tagħrif.

Kull nhar ta’ Ħamis
Lejliet ta’ Quiz fiċ-Ciao Fra
Kull mejda tieħu sehem b’tim ta’ tnejn sa 12-il ruħ u tingħata 40 mistoqsija b’temi differenti li jridu jitwieġbu f’siegħa. Flixkun inbid jingħata lill-ewwel u t-tieni mejda rebbieħa u €20 jitnaqqsu mill-kont ta’ l-ewwel rebbieħa biss. Il-parteċipazzjoni hi ta’ €2-il persuna. Il-quiz jibda fit-8.30pm u jsir fiċ-Ciao Fra Seafood Bar fit-Telgħa tax-Xemxija, f’San Pawl il-Baħar. Ċempel fuq 99458567 għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja post.

Kull nhar ta’ Ġimgħa
The Bridge Bar Jazz Sessions
Il-Jazz fil-Bridge Bar se jkompli bil-mużika tibda għall-ħabta tad-9.30pm. Jittella’ ħdejn Victoria Gate, il-Belt.

TaĦlita

4 ta’ Ottubru
Notte Bianca
Għat-tielet sena konsekuttiva Lejl Imdawwal qed issr fil-Belt. Fost l-attrazzjonijiet ġodda se jkun hemm kunċert mill-kantanta Awstraljana Nathalie Gauci. Il-mużewijiet ħa jkunu kollha b’xejn u ħa jkun hemm fashion show imtella’ minn Charlon&Ron. Din is-sena se jkun hemm it-toroq tal-Belt kollha armati.

TaĦditiet

6, 13, 20 u 27 ta’ Ottubru
Aspetti tal-Kultura tal-Kelma fi Żmienna
Poezijaplus u Heritage Malta ser jipprezentaw taħditiiet mill-Prof. Oliver Friggieri fil-Mużew tal-Arti, il-Belt mis-7pm sat-8.15pm. It-temi li jiġu trattati fil-ġimgħa huma: Il-Politika u d-Dinja tal-Kitba, L-Awtur f’Soċjetà Post-Letterarja, It-Tema Ewlenija fil-Ħsieb Miktub ta’ Żmienna u
Arti Waħda, Forom Ħafna imma Għaliex? Biex tirreġistra ibgħat lil sergiogrech@yahoo.com. M’hemmx ħlas.

teatru

3-5, 10-12 ta’ Ottubru
Ippermettili Nitlaq
Hu dramm ġdid miktub minn Alfred Buttgieg dwar tarbija bl-isem ta’ Graziella u l-għanqbuta li titwieled fiha. Ix-xogħol teatrali se jittella’ fit-Teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fit-8pm u għandu direzzjoni ta’ Immanuel Mifsud. Jieħdu sehem Sharon Bezzina, Angele Cauchi, Stefan Cachia Zammit, Liljana Portelli, Mikhail Basmadjian, Monica Attard, Malcolm Galea u Joe Cortis.

4,5, 11 u 12 ta’ Ottubru
Il-Manifest tal-Killer
It-12-il produzzjoni tal-kumpanija Lemonhead Productions iżda l-ewwel waħda fil-ġeneru satiriku. Fost l-atturi jieħdu sehem Sander Agius, Daniel Chircop, Bryan Muscat, Neville Refalo u Sandro Vella.
Jidderiġi Bryan Muscat. Id-dramm jittella’ fit-teatru tal-MITP, fi Triq San Kristofru, il-Belt fis-7.30pm u jagħmel parti mill-attivitajiet ta’ Notte Bianca. Għal aktar tagħrif żur www.lemonhead.com.mt jew ċempel fuq 79478726.

Wirjiet

Sat-30 ta’ Settembru
Rotta tal-Arti
Għat-tielet sena konsekuttiva l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza din il-wirja fid-Dar Ċentrali tal-PN. Fiha hemm għall-wiri 237 xogħlijiet tal-arti b’sehem ta’ aktar minn 130 artisti.
Il-wirja miftuħa kuljum.

Sat-30 ta’ Settembru
Identity
Madeleine Gera qed ittella’ l-wirja fil-Ministeru tat-Turiżmu fil-Belt. Il-kunċett tal-wirja hu tfittxija għal aktar tagħrif dwar l-identità umana li tmur lil hinn minn rappreżentazzjonijiet fuq it-tila iżda li tipprova tagħti l-ħajja lill-emozzjonijiet tal-bniedem. Il-wirja fiha bosta wċuh, still lifes u pajsaġġi.

Sat-30 ta’ Settembru
Evolving Moments
Hi r-raba’ wirja li l-artist Fabio Borg qed itella’ għal rasu fil-gallarija Last Touch, fi Triq il-Kbira fil-Mosta. Il-wirja tinkludi 20 pitturi ġodda fuq tila li juru kif ix-xogħol ta’ Borg inbidel matul is-snin. Il-gallarija miftuħa kuljum mit-8am sas-7pm ħlief għall-Erbgħa u s-Sibt li tibqa’ miftuħa sas-1pm. Żur
www.fabioborg.com.

Sat-2 ta’ Ottubru
Sensittività Kontra l-Passjoni
Wirja ta’ pittura, disinni u skizzi tal-artisti Albert Caruana u bintu Doranne Alden li tesponi u tippreżenta 180 xogħol bil-għan li tagħti omaġġ lil Caruana, veteran ta’ 80 sena, kif ukoll tesponi xogħlijiet bintu. Il-wirja qed tittella’ f’Gallerija G, (nru 4, Sir Ugo Mifsud Street, Ħal Lija) li tiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9am sal-5pm u s-Sibt mid-9.30am san-12.30pm. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 21421984/5 jew ibgħat fuq grimand@medzone.com.mt.

Sal-5 ta’ Ottubru
Anima del Circo
Wirja bix-xogħlijiet artistiċi ta’ Priscilla Ainhoa Griscti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu bit-tema taċ-ċirklu. Dħul b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9am sal-5pm.

 

Intervista

Is-sulari politiċi

Julia Farrugia tintervista lil Marthese Portelli



Il Punt
Riforma fis-sistema elettorali
Carmel Cacopardo



Toni u Peppi
L-għan primarju tat-televixin hu li jeduka jew li jiddeverti?



Emmanuel Micallef
Viżjoni 2015 jew ħolma 2008?


Carmelo Mifsud Bonnici

Għandna nħarsu fit-tul



Wensu Mintoff
Friefet


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format



Illum Search



 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan