Pjazzetta | 14 ta’ Settembru 2008 Nr 98
Festi
Illum
Il-Madonna tal-Grazzja,
Ħaż-Żabbar
21 ta’ Setembru
San Leonardu, Ħal Kirkop
Santu Rokku, Żurrieq
Festivals
Illum
Iljieli Melleħin
Bosta attivitajiet li se jsiru madwar il-Mellieħa minn kmieni filgħodu fosthom kunċert, spettaklu tat-triq, bankarelli b’ikel tradizzjonali barrani kif ukoll mixjiet fil-kampanja. Ara paġna 25 għal għal aktar tagħrif.
Illum
Bread Festival
Il-festival jasal fi tmiemu llum fil-pjazza ta’ quddiem il-Parroċċa ta’ San Bastjan mis-7.30pm ’il quddiem. Dakinhar se jkun hemm armati bankarelli b’ikel differenti bil-qofol tiegħu l-ħobża Maltija. Dan se jkun offrut għall-prezz baxx. Matul il-lejla se jkun hemm għaddej divertiment folkloristiku kif ukoll tiżjin jixbah lil tal-festi Maltin.
muŻika
3 ta’ Ottubru
Autokat fi Sky Club
Il-grupp mużikali minn Manchester se jdoqqu f’kunċert fi Sky Club, Paceville. Il-gruppi Maltin, The Areola Treat u Airport Impressions se jdoqqu qabilhom u d-dj għal-lejla se jkun Wayne Flask. IL-biljetti jinxtraw minn Muddy Waters, Juuls, Anthony D’amato, Sound & Vision u Coconut Grove. Għal aktar tagħrif żur www.hairyamp.com u www.myspace.com/Autokat jew ċempel fuq 79992136.
Nightlife
Kull nhar ta’ Erbgħa
Tat-Taraġ Wednesdays
Mużika live minn kantanti u mużiċisti differenti kull nhar ta’ Erbgħa u wirjiet minn artisti differenti fil-ġimgħa f’Tat-Taraġ Wine Bar, fit-Telgħa tas-Saqajja.
Unplugged Wednesdays
Mużika akustika tindaqq f’Townhouse 5, Triq ir-Repubblika, fir-Rabat. Tibda fid-9pm u dħul b’xejn. Ċempel 27500055 għal aktar tagħrif.
Kull nhar ta’ Ħamis
Lejliet ta’ Quiz fiċ-Ciao Fra
Kull mejda tieħu sehem b’tim ta’ tnejn sa 12-il ruħ u tingħata 40 mistoqsija b’temi differenti li jridu jitwieġbu f’siegħa. Flixkun inbid jingħata lill-ewwel u t-tieni mejda rebbieħa u €20 jitnaqqsu mill-kont ta’ l-ewwel rebbieħa biss. Il-parteċipazzjoni hi ta’ €2-il persuna. Il-quiz jibda fit-8.30pm u jsir fiċ-Ciao Fra Seafood Bar fit-Telgħa tax-Xemxija, f’San Pawl il-Baħar. Ċempel fuq 99458567 għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja post.
Fuego Foam Parties
Kull nhar ta’ Ħamis Fuego tal-Għadira qed jorganizza foam party b’taħlita ta’ mużika Latina, li tvarja minn dik pura għal kummerċjali. Jibda fid-9.30pm. Dħul għal nies minn 18 ’il sena ’fuq.
Kull nhar ta’ Ġimgħa
The Bridge Bar Jazz Sessions
Il-Jazz fil-Bridge Bar se jkompli bil-mużika tibda għall-ħabta tad-9.30pm. Jittella’ ħdejn Victoria Gate, il-Belt.
teatru
3-5, 10-12 ta’ Ottubru
Ippermettili Nitlaq
Hu dramm ġdid miktub minn Alfred Buttgieg dwar tarbija bl-isem ta’ Graziella u l-għanqbuta li titwieled fiha. Ix-xogħol teatrali se jittella’ fit-Teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fit-8pm u għandu direzzjoni ta’ Immanuel Mifsud. Jieħdu sehem Sharon Bezzina, Angele Cauchi, Stefan Cachia Zammit, Liljana Portelli, Mikhail Basmadjian, Monica Attard, Malcolm Galea u Joe Cortis.
Wirjiet
Sas-17 ta’ Settembru
Wirja ta’ disinni u pitturi
Wara l-aħħar wirja li kellu fil-Muzew ta’ Eschborn fil-Ġermanja, Fabrizio Ellul qed juri x-xogħlijiet tiegħu fil-Gallerija Liberta fil-bini tal-GWU fil-Belt.Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’sensiela ta’ disinni ispirati mill-Istorja tas-seklu 20 kif ukoll xi pitturi ġodda.
Sat-30 ta’ Settembru
Identity
Madeleine Gera qed ittella’ l-wirja fil-Ministeru tat-Turiżmu fil-Belt. Il-kunċett tal-wirja hu tfittxija għal aktar tagħrif dwar l-identità umana li tmur lil hinn minn rappreżentazzjonijiet fuq it-tila iżda li tipprova tagħti l-ħajja lill-emozzjonijiet tal-bniedem. Il-wirja fiha bosta wċuh, still lifes u pajsaġġi.
Sat-30 ta’ Settembru
Evolving Moments
Hi r-raba’ wirja li l-artist Fabio Borg qed itella’ għal rasu fil-gallarija Last Touch, fi Triq il-Kbira fil-Mosta. Il-wirja tinkludi 20 pitturi ġodda fuq tila li juru kif ix-xogħol ta’ Borg inbidel matul is-snin. Il-gallarija miftuħa kuljum mit-8am sas-7pm ħlief għall-Erbgħa u s-Sibt li tibqa’ miftuħa sas-1pm. Żur www.fabioborg.com.
Sat-2 ta’ Ottubru
Sensittività Kontra l-Passjoni
Wirja ta’ pittura, disinni u skizzi tal-artisti Albert Caruana u bintu Doranne Alden li tesponi u tippreżenta 180 xogħol bil-għan li tagħti omaġġ lil Caruana, veteran ta’ 80 sena kif ukoll tesponi xogħlijiet bintu. Il-wirja qed tittella’ f’Gallerija G, (nru 4, Sir Ugo Mifsud Street, Ħal Lija) li tiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9am sal-5pm u s-Sibt mid-9.30am san-12.30pm. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 21421984/5 jew ibgħat fuq grimand@medzone.com.mt.
Sal-5 ta’ Ottubru
Anima del Circo
Wirja bix-xogħlijiet artistiċi ta’ Priscilla Ainhoa Griscti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu bit-tema taċ-ċirklu. Dħul b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9am sal-5pm.
|