Ittri | 14 ta’ Settembru 2008 Nr 98
Minn Joseph Paul Tonna,
Birkirkara
Il-ħaddiema tal-Malta Drydocks huma ħaddiema kapaċi u bravi u l-maġġoranza tagħhom huma missirijiet ta’ familja li ħaqqhom kull rispett.
Meta kont żgħażugħ, xi 50 sena ilu, kienu jaħdmu madwar 4,000 ħaddiem f’din l-intrapriża kbira. Niftakar kienu jidħlu jaħdmu kull sena mijiet ta’ apprendisti ġodda. L-apprendisti kienu jkomplu xi erba’ snin skola taħt it-tmexxija tal-għalliema u bis-saħħa t’hekk kienu joħorġu l-aqwa nies tas-sengħa.
Niftakar mill-iskola tas-St Michaels ta’ Triq Kanun, Ħal Qormi fejn kont nattendi immexxija mis-Soċjetà tal-MUSEUM, kienu jidħlu numru kbir ta’ studenti kull sena.
Dak iż-żmien il-gżejjer tagħna kienu mmexxija mill-Gvern Ingliż u għat-telf kien jagħmel tajjeb hu. Meta ħadna l-indipendenza l-istorja nbidlet għax il-piż waqa’ fuq il-gvern u l-poplu Malti.
Il-gvernijiet Maltin kollha xtaqu li din l-intrapriża tqum fuq saqajha. Ingħataw inċentivi. Iżda jidher li l-frott kien ftit. Nemmen li dejjem kien hemm nies żejda jaħdmu fit-Tarzna. Għalhekk id-dħul kien ikun anqas mill-ħruġ.
Il-pajjiż tgħabba b’dejn kbir biex jagħti l-pagi lil dawn ħutna ħaddiema. Għandhom dritt għall-għajxien għax għandhom familja iżda nemmen li mhux sewwa li l-azjenda tibqa’ tagħmel it-telf. Kieku kont jien b’xi negozju li għamilt it-telf żgur li ħadd ma kien se jagħmel tajjeb għalih. Il-piż erfajtu jien u rrid nagħmel tajjeb għalih jien u ħadd iżjed.
Il-Gvern se jipprivatizza din l-intrapriża. Nawgura li jintlaħaq ftehim bil-għaqal biex ma jbati ħadd.
Żġur li hemm bżonn aktar serjetà biex din l-industrija ssalva. Jalla l-ħaddiema jagħrfu jagħżlu x’inhu l-aħjar għalihom u nawgura futur isbaħ u ta’ suċċess lil dawn ħutna.
|
|
Franica Pulis tintervista lil Suzan Sahori mill-Palestina
Editorijal

Il Punt
George Vella

Toni u Peppi

Carmelo Mifsud Bonnici

Wensu Mintoff
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|