MediaToday

Ittri | 07 ta’ Settembru 2008 Nr 97

Il-Knisja fis-seklu l-ġdid u l-frugħa tal-Kleru

Minn Silvio Azzopardi,
Segretarju Soċjetà Borgia,
Birkirkara

Nagħmel riferenza għall-ittra ffirmata minn Franco Farrugia li dehret fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda.
Jirriżultali li l-kittieb qed jara kollox minn lenti waħda u erħilu jpoġġi fl-istess keffa lil kulħadd u kollox.
Il-kittieb ħarablu minn moħħu li aħna lkoll midinbin, limitati u umani u lkoll niħtieġu l-fejqan. Minflok tgħajjar lil wieħed marid u tkun imprudenti bi kliemek mhux aħjar li tipproponilu jikkonsulta kirurgu ta’ fiduċja jew psikjatra ħalli jfejjaq dak li hu difettuż?
Forsi jkun proċess diffiċli għalih u mhux dejjem ikun dispost li jagħmel dak li jippreskrivulu.
Il-Knisja qed tissejjaħ il-poplu ta’ Alla li għalih miet l-istess Iben ta’Alla. Dan il-poplu jġorr fih bnedmin ta’ kull razza u kultura. Jekk nieħdu l-gżejjer tagħna nsibu bnedmin intellettwali li jifhmu dak li jrid Kristu. Hemm oħrajn b’imneħirhom imxammar u aktarx għax jaqblilhom, b’ċerta suppervja jeħduha kontra dak li għallem Kristu u jwaħħlu fil-Knisja li hi wisq esiġenti.
Dawn it-talin erħilhom jużaw din it-tattika biex jiġġustifikaw in-nuqqasijiet tagħhom.
Min jiskonġra jrid ikun pur. F’dan il-poplu ssib ukoll persuni bħal Farrugia li jqis lil ħaddieħor injorant.
Xi gwadann hemm billi dawk il-lajċi li jgħożżu ċerti drittijiet li ilhom jgħoddu s-snin u li ma jagħmlux ħsara lill-Knisja ta’ Kristu, iċċaħħadhom minn drittijiet jew drawwiet li jħobbu u li jiġbduhom aktar lejn it-tempju ta’ Alla?
Fil-Knisja universali jeżistu dawn il-kulturi u sottokulturi b’espressjonijiet partikulari. Ma nafx kif ma semmiex lil dawk li minħabba preġudizzji li nibtu fihom aktar minn nofs seklu ilu għadhom bħal ferita tnixxi d-demm iġorru f’qalbhom id-diżappunti u l-preġudizzji li qdiemu u għoddhom tmermru.
Kieku l-kittieb irrifletta tajjeb fuq it-tattika, il-pedagoġija u l-psikjatrija ta’ Kristu, li ma kienx tolleranti ma’ dawk ta’ wiċċ b’ieħor, kien ikun aktar kawt biex jasal għall-konklużjoni drastika li jikkorda l-ħbula u jibda jfajjar bl-addoċċ.
X’paċenzja, komprensjoni u sabar wera Kristu fil-ħidma pastorali tiegħu. Tagħlim reliġjuż illum hawn ta’ kull xorta.
Imma sirna wisq nervużi u wħud jaraw żejda dawk il-minuti li l-predikatur jieħu biex ifiehem aħjar il-messaġġ ta’ Alla.
Il-kittieb semma s-saċerdoti ġodda li minkejja l-formazzjoni twila tagħhom jitilfu dak l-entużjażmu u l-inizjattivi li kienu joħolmu bihom fi żmien is-seminarju. Is-saċerdoti ta’ llum, akbar fl-età u maturi, jafu jevalwaw u jiddeċiedu u jkunu għaddew perjodu ġmielu jaħdmu fil-parroċċi fejn jiġu f’kuntatt dirett mal-poplu.
Issemma wkoll ir-ragħaj tad-djoċesi li ngħatalu parir li jaqbel jindokra daru u jwettaq dmiru pastoralment. Mhux il-għan li jgerrex il-merħla, iżda li jindukraha, jitmagħha u jġib lura lil dik li tkun żgiċċatlu.
Naħseb li l-kittieb tgħallimha l-parabbola tar-ragħaj it-tajjeb.
Imbagħad f’dak li kiteb Joe Tonna bħala risposta hemm ħafna verità. Qed isir bosta ġid fil-qasam tal-appostolat mhux fid-deher iżda bis-satra u bi prudenza kbira biex ħadd minn dawk li jibbenifikaw ma jkun umiljat. Forsi dan il-ħsieb żgiċċalu lill-kittieb.
L-apostolat joħroġ mid-dmirijiet li assumejna fil-magħmudija u li rratifikajnihom diversi drabi f’ħajjitna.
Li niktbu biex intejbu d-drawwiet biex il-qima tagħna tkun aktar ġenwina hu għan qaddis. Iżda li niktbu biex inċekknu dak li għalkemm jidher ta’ ftit importanza bil-għan li nċekknu d-drawwiet insara mhu xejn edifikanti u ma tistenniehx minn min jippretendi li jrid jeduka lill-poplu.

 

Intervista

Żelqa ta’ sentejn

Kurt Sansone jintervista lil Prof. Edward Scicluna


Editorijal
Wara l-ftehim


Il Punt
Bdejna
Joseph Muscat



Toni u Peppi
Paceville għandu jagħlaq fl-4am?



Emmanuel Micallef
Politika pożittiva


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-pożizzjoni tagħna



Wensu Mintoff
Ja misħut sajf


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan