MediaToday

Ittri | 07 ta’ Settembru 2008 Nr 97

Devalwazzjoni soċjali

Minn J. Bonett Balzan,
San Ġiljan

Meta l-munita tal-pajjiż tiġi devalwata kulħadd ibati. Hekk jiġri jekk jiddaħħal id-divorzju f’Malta.
Għandna xorti li għandna ħarsien taż-żwieġ li l-ebda Stat ieħor Ewropew m’għandu. Se nħallu min itellfilna dan il-vantaġġ?
Mhux aħjar nirriklamaw lill-Ewropej li min irid jgħix f’soċjetà b’iżjed protezzjoni għaż-żwieġ jiġi joqgħod hawn Malta? Dan mhux investiment dirett barrani wkoll ikun? Jew l-investiment barrani li rridu hu dak bħalma għandhom bosta pajjiżi: inflazzjoni ta’ kaos u epidemji soċjali u tħarbit?
Lesti li nħallu min jiknisna għax aħna l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għandna struttura ta’ liġijiet unika li ġegħilhom jistħu li huma ma kinux kapaċi jżommuha minkejja li huma lkoll akbar u iżjed għonja minnha?
Bħal fil-flus, jekk l-Istat jistampa iżjed flus milli għandu joħroġ, il-flus kollha tal-pajjiż jitilfu l-valur u mhux biss dawk il-muniti jew karti tal-flus li jkunu ħarġu l-aħħar.
Hekk ukoll fejn jidħol iż-żwieġ. Jekk l-istat jindaħal biex iħoll xi żwiġijiet ikun qed jiddevalwa ż-żwiġijiet kollha.
B’leġiżlazzjoni favur id-divorzju ż-żwiġijiet kollha ma jitħallewx fuq sisien li ma jinħallux imma lkoll jinfetħilhom bieb li minnu jistgħu jieħdu ċmajra u jimbarmu. Leġiżlazzjoni li tagħmilha possibbli li żwieġ jinħall żgur mhix waħda favur il-ġid komuni komprensiv.
Dawk l-istati li għandhom liġijiet favur id-divorzju qed iġagħlu lil bosta jħallsu għall-iżbalji ta’ uħud barra li jżiedu t-tifrik tal-familji li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet jew mard u jaraw id-divorzju bħala soluzzjoni.
Ikun kollu kliem fieraħ diskors favur l-anqas ixxurtjati jekk lill-miżżewwġin l-istat ma jħallilhomx dak il-mistrieħ tal-moħħ u tal-qalb li jiġi minn rabta li ma tinħallx.
Rabta li min ikun kapriċċuż u jabbandunaha ma jkunx jista’ jerġa’ jagħmel żwieġ ieħor bis-sanzjoni tal-istat Malti. Jekk ngħożżu l-ġid komuni tal-gżejjer Maltin għandna nagħmlu ħilitna kollha biex inxejnu l-isforzi li qed isiru biex jiddaħħal id-divorzju f’pajjiżna.
Iż-żejt tiela’ f’wiċċ l-ilma u qed naraw min tassew iħaddan valuri sodi u min jixxejjer bħal pinnur.

 

Intervista

Żelqa ta’ sentejn

Kurt Sansone jintervista lil Prof. Edward Scicluna


Editorijal
Wara l-ftehim


Il Punt
Bdejna
Joseph Muscat



Toni u Peppi
Paceville għandu jagħlaq fl-4am?



Emmanuel Micallef
Politika pożittiva


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-pożizzjoni tagħna



Wensu Mintoff
Ja misħut sajf


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan