MediaToday

Ittri | 07 ta’ Settembru 2008 Nr 97

Id-divorzju: pass li jagħmel ġustizzja

Minn Eddy Privitera,
Mosta

Marselle Delicata (Il-Punt, 31 ta’ Awwissu) kitbet dwar li “f’Malta qegħdin fi żmien meta ħafna qed jimbuttaw biex jidħol id-divorzju” u kompliet kitbet li “dan ikun pass falz”.
Delicata għandha kull dritt tesprimi l-opinjoni tagħha, imma nemmen li kitbet kif kitbet għax m’għaddietx mill-martirju ta’ żwieġ li jkun tfarrak kompletament u li ma jkollu lanqas l-iċken tama li jista’ jerġa’ jitranġa.
Minkejja li f’Malta, flimkien mal-Filippini, qatt ma kellna d-divorzju l-ammont ta’ żwiġijiet li fallew komplew dejjem jiżdiedu.
Anzi d-divorzju jagħmilha possibbli biex eluf ta’ koppji li llum jgħixu flimkien iżda m’humiex miżżewġin għax f’pajjiżna m’hawnx id-dritt tad-divorzju jkunu jistgħu jerġgħu jiżżewġu u b’hekk għall-Istat isiru familja rikonoxxuta bid-drittijiet kollha ċivili li għandhom il-familji l-oħra.
Nistaqsi lil Delicata u lil min jaħsibha bħala x’soluzzjoni għandha, pereżempju, għal dik il-mara li r-raġel tagħha jkun jaħqarha u jibdilha u b’hekk tiġi kostretta li tissepara minn miegħu?
Billi tissepara xorta waħda dik il-mara tista’ tkun ħerqana li ssib raġel li jkun verament iħobbha u jirrispettaha, xi ħaġa li ma sabitx fiż-żwieġ. In-natura hekk hi. Għaliex dik il-mara m’għandhiex ikollha d-dritt li tħassar dak iż-żwieġ li falla ħalli jkollha ċans ieħor f’ħajjitha?
Nixtieq inkun naf ukoll minn fejn ġabitha li dawk il-pajjiżi fejn hemm id-divorzju “jixtiequ jmorru lura fis-snin għax irrealizzaw li kienu daħħlu d-divorzju u issa jridu jaħdmu għall-għaqda fil-familja”.
Qatt għadni ma smajt jew qrajt li xi gvern x’imkien fid-dinja qal li jixtieq li jabolixxi d-divorzju jew li kien żbalja meta daħħal id-divorzju. Li gvern jaħdem biex kemm jista’ jkun tissaħħaħ il-familja hu għan ta’ min ifaħħru. Iżda dan bl-ebda mod m’għandu x’jaqsam mad-dritt tad-divorzju.
L-ebda persuna li ma temminx fid-divorzju ma tista’ tiġi sfurzata biex issir temmen fih. Ħadd ma jista’ jisforza persuna li tkun tfarrkitilha ż-żwieġ biex din tibda relazzjoni ma’ persuna oħra jekk hi tħoss li mhux sew. Iżda l-ebda persuna li ma temminx fid-divorzju m’għandha timponi twemminha fuq persuna oħra li tkun temmen li d-divorzju hu l-unika tama għaliha biex tibni relazzjoni ta’ mħabba u familja mill-ġdid.
Għalhekk id-divorzju jkun pass li jagħmel ġustizzja ma’ eluf ta’ ċittadini Maltin u Għawdxin
.

 

Intervista

Żelqa ta’ sentejn

Kurt Sansone jintervista lil Prof. Edward Scicluna


Editorijal
Wara l-ftehim


Il Punt
Bdejna
Joseph Muscat



Toni u Peppi
Paceville għandu jagħlaq fl-4am?



Emmanuel Micallef
Politika pożittiva


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-pożizzjoni tagħna



Wensu Mintoff
Ja misħut sajf


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan