Ittri | 24 ta’ Awwissu 2008 Nr 95
Minn J. Busuttil,
Santa Venera
Qatt ma kont mort l-isptar Mater Dei meta kien għall-wiri għax għalija hu x’inhu sptar jibqa’.
Kontra x-xewqa tiegħi dan l-aħħar kelli nidħol bla ma ridt. Skantajt mhux ftit meta qrobt quddiem ir-receptionist u kienet liebsa nuċċali tax-xemx.
Bil-misteri kollha li jġorr il-Mater Dei nixtieq nagħti l-prosit lill-perit li rnexxielu joħloq tant dawl fiż-żona msemmija. Matul il-ġurnata ma tafx jekk intix barra jew ġewwa.
Iżda skantajt iktar meta ħarist lejn is-saqaf u rajt id-dwal kollha mixgħulin. Fil-veru sens tal-kelma kienu mixgħulin għal xejn ħlief biex il-ħajja tal-bozoz tonqos u jinħela d-dawl.
Dan mhux biżżejjed. Kif dħalt fis-sala tal-pazjent li mort inżur kien hemm l-istess storja.
Possibbli b’daqs dawk uffiċjali tas-sigurtà kull fejn iddawar wiċċek min hu responsabbli jagħti każ l-ilment tiegħi u jordna lil dawn l-uffiċjali biex jitfu d-dawl li jkun mixgħul għal xejn?
Possibbli min hu responsabbli għadu jaħseb li l-isptar għadu għall-wiri?
Ma nistax nifhem kif kulħadd jaf bis-sitwazzjoni
tal-enerġija u qisu mhu qed jiġri xejn.
|
|
Franica Pulis tintervista lil Gianni Zammit
Editorijal

Il Punt
Charles Aquilina
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

Wensu Mintoff
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|