MediaToday

Pjazzetta | 10 ta’ Awwissu 2008 Nr 93

Kalendarju Kulturali għas-Sajf

Festi

Illum
San Gejtanu, Ħamrun
San Lawrenz, Birgu; San Lawrenz, Għawdex

15 ta’ Awwissu
Santa Marija, Ħal Għaxaq; Gudja; Mosta; Mqabba; Qrendi; Ħ’Attard; Rabat, Għawdex

17 ta’ Awwissu
Santa Marija, Ħad-Dingli; Mġarr

Festivals

Illum
The Malta Wine Festival
Il-festival se jsir fil-Barrakka ta’ Fuq qabel ma jimxi għan-Nadur fit-22 ta’ Awwissu. Jisserva varjetà ta’ nbejjed D.O.K u I.G.T. u ikel. Spettaklu live minn bosta artisti matul il-festival. Il-bibien jiftħu fis-7pm bi dħul ta’ €12 li tinkludi tazza ta’ l-inbid għall-okkażjoni u dewqan ta’ l-inbejjed. Żur http://www.delicata.com/winefestivalmalta.aspx

16 ta’ Awwissu
The 60’s Special Festival
It-tieni sensiela ta’ kunċerti li qed issir fuq il-Fosos tal-Furjana mit-8pm sas-1am, parti mis-Summer Bash 2008. F’dan il-kunċert b’xejn jieħdu sehem The Searchers, Swinging Blue Jeans, Dave Berry, Brian Poole ta’ The Tremeloes u The Pacemakers. Jieħdu sehem qabilhom Freddie Portelli u l-Isvediżi The Rock Orchestra. Żur www.lidea.com.mt.

23 ta’ Awwissu
Gozo Music Festival
F’avveniment wieħed se jkun żewġ palkijiet ewlenin, tliet artisti magħrufin internazzjonalment, 4 bands Maltin u 20 DJ.
Wieħed mill-palkijiet ewlenin se jittieħed mill-kantant Thomas Anders tal-Modern Talking u l-band li se jkantaw live dakinhar.
Il-palk l-ieħor se jeħduh DJ Junior Jack u DJ Kid Crème kif ukoll Ira Losco & Band, Tribali, Cash & band u DJs Alex Grech, Abel & Elinor, Simon Pisani, Captain Drew, Ruby, J Joy, Tenishia, Miss Roberta, Luc Adams, Carl Bee u Panzius.
Din is-seba’ edizzjoni se ssir fil-Gozitano Complex, fit-triq ewlenija għall-Port ta’ l-Imġarr. Għall-aktar tagħrif ċempel 99110808. Żur www.gozomusicfestival.com

mużika

23 ta’ Awwissu
Vanessa and the O’s & Beangrowers
Żewġ kunċerti fil-bitħa tal-MITP parti mill-programm tal-Evenings on Campus. Vanessa and the Os se jdoqqu dwett akustiku filwaqt li l-Beangrowers se jdoqqu sett semi-akustiku. Il-biljetti jiswew €8 u jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-Vodafone, Agenda, Exotique, Bookends u NewsKiosk. Żur https://maltaticket.com, http://www.myspace.com/vanessaandtheos, http://www.myspace.com/beangrowers

Nightlife

Kull nhar ta’ Erbgħa
Tat-Taraġ Wednesdays
Mużika live minn kantanti u mużiċisti differenti kull nhar ta’ Erbgħa u wirjiet minn artisti differenti fil-ġimgħa f’Tat-Taraġ Wine Bar, fit-Telgħa tas-Saqajja.

Unplugged Wednesdays
Mużika akustika tindaqq f’Townhouse 5, Triq
ir-Repubblika, fir-Rabat. Tibda fid-9pm u dħul b’xejn. Ċempel 27500055 għal aktar tagħrif.

Kull nhar ta’ Ħamis
Lejliet ta’ Quiz fiċ-Ciao Fra
Kull mejda tieħu sehem b’tim ta’ tnejn sa 12-il ruħ u tingħata 40 mistoqsija b’temi differenti li jridu jitwieġbu f’siegħa. Flixkun inbid jingħata lill-ewwel u t-tieni mejda rebbieħa u €20 jitnaqqsu mill-kont ta’ l-ewwel rebbieħa biss. Il-parteċipazzjoni hi ta’ €2-il persuna. Il-quiz jibda fit-8.30pm u jsir fiċ-Ciao Fra Seafood Bar fit-Telgħa tax-Xemxija, f’San Pawl il-Baħar. Ċempel fuq 99458567 għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja post.

Kull nhar ta’ Ġimgħa
The Bridge Bar Jazz Sessions
Il-Jazz fil-Bridge Bar reġa’ beda għal matul is-sajf mid-9pm ’il quddiem. Jittella’ ħdejn Victoria Gate, il-Belt.

16 ta’ Awwissu
The Swinger Open Air Special
Fresh Events u Gianpula fields jingħaqdu għal din il-lejla biex ittellgħu The Swinger Open Air Special flimkien mac-Cisk Export fil-Gianpula, fil-limiti tar-Rabat. F’dak il-lejl jieħdu sehem David Gueta, Josh Wink u Above & beyond. Żur http://www.gianpula.com.

Teatru

13, 14 ta’ Awwissu
La Mandragola

Addatazzjoni mid-dramm magħruf ta’
Niccolò Machiavelli
mtella’ mill-kumpanija Taljana Compagnia Balagàn

on fit-Teatru tal-Università Antika, l-MITP, fil-Belt. Tibda fit-8.30pm. Żur /www.um.edu.mt

Wirjiet

Sal-15 ta’ Awwissu
Assumpta Est
Wirja ta’ kwadri maħduma fil-melħ u r-ross mis-Soċjetà Bormliża Domus Piju IX b’tifkira ta’ għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Mużikali Sta Marija. Żur www.santamariaqrendi.com.

Sas-17 ta’ Awwissu
Anima di Pietroburgo
Wirja fotografika ta’ Kenneth Scicluna fil-Loġġa tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt. Dħul b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9am sal-5pm.

Sat-30 ta’ Awwissu
Life As It Happens – Valletta Waterfront Yesterday, Today, Tomorrow
Il-wirja tiddokumenta l-istorja tal-Valletta Waterfront mindu nfetaħ tliet snin ilu. Il-wirja miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn l-10am u l-10pm. Dħul b’xejn. Għal iktar tagħrif ibgħat email lil admin@visetplc.com.

Sas-7 ta’ Settembru
Bichi: Views from the Villa
Wirja fis-Sala Kontemporanja tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt. Il-kuratur tagħha hu Claude Busuttil. Dħul b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9am sal-5pm.

Sat-12 ta’ Settembru
Views of Gozo (1800-1940)
Wirja kollettiva ta’ pitturi mill-kollezzjoni nazzjonali li turi pajsaġġi Għawdxin matul iż-żmien. Il-wirja hi organizzata mill-Heritage Malta u l-Kunsill Kulturali Għawdxi u bħalissa qed tintwera fl-uffiċċju tal-Heritage Malta fiċ-Ċittadella f’Għawdex. Dħul b’xejn u ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u l-4.30pm.

Sal-5 ta’ Ottubru
Anima del Circo
Wirja bix-xogħlijiet artistiċi ta’ Priscilla Ainhoa Griscti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu bit-tema taċ-ċirklu. Dħul b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ mit-Tnejn sal-Ħadd mid-9am sal-5pm.

 

Intervista

Minn isfel għal fuq

Kurt Sansone jintervista lil Patri Ġwann Xerri



Il Punt
Soluzzjoni ġusta għat-Tarzna
Tony Zarb



Emmanuel Micallef
L-istaġun ġdid tal-Labour


Carmelo Mifsud Bonnici

Jiem importanti fil-ħajja ta’ Alessandru


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan