Aħbarijiet | 27 ta’ Lulju 2008 Nr 91
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
L-Awtoritajiet fl-aħħar bdew jiċċaqilqu dwar il-każ tal-familja Zammit minn Bormla li bħal-lum ġimgħa din il-gazzetta kixfet kif kienet ilha disat ijiem torqod barra fuq bank.
Illum uriet kif George Zammit u l-familja, fosthom tifel ta’ seba’ snin, spiċċaw vittma tas-sistema burokratika wara li minkejja li perit tal-Gvern iċċertifikat li saqaf fid-dar tagħhom kien “fil-periklu imminenti li jisfronda,” xorta ħadd ma ħa azzjoni.
Wara li deher l-artiklu f’din il-gazzetta Zammit reġa’ mar għal darba tnejn għand l-Awtorità tad-Djar.
Fl-aħħar jumejn ir-raġel kien offrut għajnuna. Fost l-oħrajn l-Awtorità tad-Djar bagħtet perit ieħor jispezzjona l-post li bħal ta’ qablu talab lill-familja toħroġ mill-bini minħabba l-periklu serju għal ħajjithom.
L-Awtorità tad-Djar talbet lil George Zammit iġib kwotazzjonijiet minn kuntatturi differenti u kien imwiegħed li wara li tintagħżel l-aħjar offerta jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġa fuq id-dar.
Ir-raġel ingħata l-parir li għalissa t-tifel jorqod għand xi ħadd biex ma jkunx espost għall-periklu. Il-familja qed tkun imwiegħda li minn għada tingħata post temporanju sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.
Din il-gazzetta se tibqa’ ssegwi l-iżviluppi ta’ din l-istorja. |
|
Kurt Sansone jintervista lil Leo Brincat
Editorijal

Il Punt
Carmel Cacopardo

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici
Dieħel is-sajf
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|