MediaToday

Pjazzetta | 27 ta’ Lulju 2008 Nr 91

Kalendarju Kulturali għas-Sajf

Festi

Illum
San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ
Il-Madonna tal-Karmnu, Żurrieq u Balluta
Kristu Re, Raħal Ġdid
Sta Margerita, Sannat
Sta Venera, Sta Venera
Sant’Anna, Wied il-Għajn
Id-Duluri, San Pawl il-Baħar

3 ta’ Awwissu
San Duminku, il-Belt
San Pietru tal-Ktajjen, B’Buġa
Il-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann
San Ġużepp, Qala Għawdex
Il-Madonna ta’ Pompei, Marsaxlokk

Festivals

Sa għada
Festival ta’ mużika u żfin Indjan
Grupp ta’ żeffiena immexxija minn Vyjayanthi Kashi se jiżfnu l-Kuchipudi fit-Teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Il-Kuchipudi hi waħda
mis-sitt żifniet klassiċi Indjani li ġejja mill-Indja t’Isfel u titqies bħala żifna sagra. Se jingħata wkoll kunċert mill-vjolinista Anupriya Deotale li se ddoqq minn repertorju Indjan flimkien ma’ tliet mużiċisti oħra u kantanta fil-Kamra tal-Mużika taċ-Ċentru.
Il-biljetti jiswew €15 u €20 għaż-żewġ spettakli li jibdew fid-9pm. Prezz speċjali għall-istudenti, pensjonanti jew nies bla xogħol ta’ €10 jew €15 għat-tnejn.

Sat-3 ta’ Awwissu
Farsons Great Beer Festival
It-28 edizzjoni tkompli għaddejja u tiftaħ kuljum fit-8pm fil-Park f’Ta’ Qali. Illejla jieħdu sehem Thea & Friends, Spiteri Lucas Band, Showbiz High, Pitch 99, Cumshaft u Muzzle.

Mużika

Illum
Kunċerti ta’ Nofsinhar
Jieħdu sehem il-Mezzo Sopran Alexandra Scicluna u l-pjanista Elizabeth Leonardi f’kunċert vokali b’xogħlijiet ta’ Schubert, Brahms, Duparc, Faure, Lully, Bellini, Respighi, Tchaikovsky, Glinka.

Nightlife

Kull nhar ta’ Erbgħa
Tat-Taraġ Wednesdays
Mużika folk u diski oħra jindaqqu live mid-Duo Breezes bl-accordion u l-kitarra. Dakinhar jintwera xogħol minn Nadege Cassar f’Tat-Taraġ Wine Bar, fit-Telgħa tas-Saqajja.

Unplugged Wednesdays
Mużika akustika tindaqq f’Townhouse 5, Triq
ir-Repubblika, fir-Rabat. Tibda fid-9pm u dħul b’xejn. Ċempel 27500055 għal aktar tagħrif.

Kull nhar ta’ Ħamis
Lejliet ta’ Quiz fiċ-Ciao Fra
Kull mejda tieħu sehem b’tim ta’ tnejn sa 12-il ruħ u tingħata 40 mistoqsija b’temi differenti li jridu jitwieġbu f’siegħa. Flixkun inbid jingħata lill-ewwel u t-tieni mejda rebbieħa u €20 jitnaqqsu mill-kont ta’ l-ewwel rebbieħa biss. Il-parteċipazzjoni hi ta’ €2-il persuna. Il-quiz jibda fit-8.30pm u jsir fiċ-Ciao Fra Seafood Bar fit-Telgħa tax-Xemxija, f’San Pawl il-Baħar. Ċempel fuq 99458567 għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja post.

Kull nhar ta’ Ġimgħa
The Bridge Bar Jazz Sessions
Il-Jazz fil-Bridge Bar reġa’ beda għal matul is-sajf mid-9pm ’il quddiem. Jittella’ ħdejn Victoria Gate, il-Belt.

Sas-7 ta’ Awissu
Live, Latin & Jazz
Minn nhar il-Ħamis 17 ta’ Lulju se tibda tittella’ mużika live ta’ Latin u Jazz b’taħlita ta’ Blues u Funk fi Q Bar fil-Valletta Waterfront.

Wirjiet

Sa llum
Portrayals
Tpinġijiet u disinni minn Anna Dumicz
fl-Uffiċċju Ewlieni tal-Heritage Malta fil-Belt.

Sal-31 ta’ Lulju
Caesar Attard
L-artist se juri xi xogħlijiet tiegħu fil-Bank of Valletta ta’
Sta Venera. Il-wirja tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm u s-Sibt mid-9am sas-1pm.

Sal-31 ta’ Lulju
Viva
It-tieni wirja ta’ ritratti ta’ Matthew Green fil-gallerija art..e fir-Rabat Għawdex. Il-gallerija tinsab f’1, Triq il-Librerija, Rabat Għawdex. Għal aktar tagħrif żur www.hushabyelifestyles.com.

Żfin

30 ta’ Lulju
Cinderella – A Magical Ballet
Il-ħrafa ta’ Cinderella rakkuntata permezz taż-żfin klassiku fil-Awditorju ta’ Sant Agata fir-Rabat. Il-koreografi huma Johane Casabene u Dorian Mallia. Il-biljetti jiswew €12 għall-kbar u €6 għal tfal taħt l-10 snin. Għal aktar tagħrif ċempel 99427933, 21313690 jew żur www.casabene.com.

 

Intervista

Minn Cinderella għal prima donna

Kurt Sansone jintervista lil Leo Brincat



Il Punt
Ġirien nukleari
Carmel Cacopardo



Emmanuel Micallef
Postna fl-Ewropa ... wasalna?!


Carmelo Mifsud Bonnici

Dieħel is-sajf


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan