MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ Lulju 2008 Nr 89

“Mhux se nerġa’ lura fil-politika”

Julia Farrugia

Joe Saliba, eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, jeskludi kull possibbiltà li jikkontesta l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
F’kummenti lil din il-gazzetta Joe Saliba jsostni li “dan hu żmien li nkun viċin il-familja tiegħi. Ħriġt mill-politika u min joħroġ
mill-politika ma jerġax lura,” saħaq Saliba.
“Tajt ħafna lill-Partit u m’għandix dispjaċir. Imma issa hemm bżonn li ngħix ħajti.”
F’dawn l-aħħar ġimgħat imkejjen differenti kienu qed irewħu l-idea li Joe Saliba se jkun wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Saliba għadu jgawdi l-appoġġ ta’ ħafna u ismu fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista jista’ jżid in-numru ta’ kandidati li jtella’ l-PN fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej.
Iżda l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN, li okkupa s-siġġu jaħraq għal 10 snin, jiddeskrivi din il-possibiltà bħala “invenzjonijiet tan-nies,” u eskluda li ismu se jkun fuq il-lista.
Jidher li Joe Saliba għadu qed jiżen l-għażliet kollha li għandu quddiemu dwar l-impjieg il-ġdid tiegħu.
Mistoqsi jekk hux sejjer lura l-Università fejn l-impjieg tiegħu għadu miżmum sa llum, jew inkella hux se jmur jaħdem ma’ kumpanija privata, Joe Saliba saħaq li għadu ma ħax deċiżjoni.
“Għandi xahrejn għall-kwiet imbagħad wara niddeċiedi. Imma għandi bżonn naħdem biex ngħix,” saħaq Saliba mingħajr ma żvela x-xewqat tiegħu.

 

Intervista

Irid iġib il-Laburisti jitbissmu

Kurt Sansone jintervista lil Joe Vella Bonnici


Editorijal
Wiċċ tost


Il Punt
L-għoli tal-ħajja prijorità għall-AD
JMichael Briguglio



Emmanuel Micallef
Tmexxija bil-love letters??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-messaġġ irid ikun pożittiv



Wenzu Mintoff
Gallarija


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan