MediaToday

Pjazzetta | 13 ta’ Lulju 2008 Nr 89

Kalendarju Kulturali għas-Sajf

Festi

Illum
San Ġużepp, Kalkara
San Ġużepp, Ħal Kirkop
L-Annunzjata, Ħal Balzan
Madonna tal-Karmnu, Gżira
Madonna tal-Karmnu, Fgura
Madonna tal-Għajnuna Perpetwa, Kerċem

20 ta’ Lulju
Il-Madonna ta’ Monte Karmeli, Belt, Birkirkara u Mdina
San Bastjan, Ħal Qormi
Il-Madonna tad-Duttrina, Ħal Tarxien
San Ġorġ, Rabat Għawdex
San Ġużepp, msida

Festivals

Illum
Collage
Festival li juri r-rikkezzi tal-kulturi differenti. Dħul b’xejn u d-donazzjonijiet imorru għall-proġetti soċjali tat-Third World Group f’Malta. Illum se jkun bosta gruppi mużikali fosthom The Big Band Brothers, Walter Micallef, Shilloo’s Tree u Mark Galea.

Sa llum
*Strada
Għat-tielet sena konsekuttiva Kris Fenech Soler u Edward Schembri jżejnu Strada Stretta u Triq Nofsinhar b’tiżjin tipiku tal-festi, fjakkoli u pitturi mal-ħitan. L-atmosfera tkompli tinħoloq b’mużika, klassika, pop u jazz.

Sa għada
Victoria International Arts Festival
Il-11-il edizzjoni ta’ dan il-festival Għawdxi hu ċelebrazzjoni ta’ mużika. Il-kunċerti huma kollha b’xejn u jibdew fit-8pm. Għal aktar tagħrif ċempel lill-Bażilika ta’ San Ġorġ fuq 21556377 jew ibgħat fuq frgfrendo@yahoo.co.uk. Żur www.stgeorge.org.mt

18 - 20 ta’ Lulju
Malta Jazz Rock Festival
Fl-ewwel lejl jieħdu sehem Greenhouse u Nadine Axisa, Stones World u Sierra Maestra. Is-Sibt: Mizarolli Axe Phenomen, Gwyn Ashton u Ray Wilson & Stiltskin. Il-Ħadd: Dominic Galea & co Quartet, Curved Air u Sarah Jane Morris. Il-kunċerti jibdew fit-8.30pm fil-Valletta Waterfront u l-biljetti jinxtraw mill-maltaticket.com.

26 ta’ Lulju
Extreme Maltese Metal Festival
20 band Maltija mqassma fuq palk għall-mużika metal u ieħor għar-rock fil-festival li se jsir fil-Montekristo Estates fis-Siġġiewi mit-3pm. Dħul hu ta’ €20. Se jkun hemm trasport dirett mil-lukanda Phoenicia mill-Furjana fit-3pm u lura fis-2.30am. Żur www.extrememaltesemetal.com.

Mużika

Kull nhar ta’ Erbgħa
Unplugged Wednesdays
Mużika akustika tindaqq f’Townhouse 5, Triq
ir-Repubblika, fir-Rabat. Tibda fid-9pm u dħul b’xejn. Ċempel 27500055 għal aktar tagħrif.

Kull nhar ta’ Ġimgħa
The Bridge Bar Jaz Sessions
Il-Jazz fil-Bridge Bar reġa’ beda għal matul is-sajf mid-9pm ’il quddiem. Jittella’ ħdejn Victoria Gate, il-Belt.

Sa llum
*A Tribute to the Stars
Spettaklu ieħor mill-Spiteri Lucas Entertainment b’mużika popolari live u żfin minn Dancel Dance Troupe. Jieħdu sehem fost l-oħrajn Ludwig Galea, Glen Vella, Debbie Scerri, Nadine Axisa, Priscilla u Triccas.

Għada
*Hazeem Shahine in Concert
It-trio Eġizzjan se jtella’ mużika klassika Eġizzjana fl-Ospizio fil-Floriana fid-9pm. Prezz €12.

16 ta’ Lulju
*Chasing Pandora
Mużika akustika pop offruta mid-dwett Għawdxi fl-Ospizio l-Furjana fid-9pm. Prezz €10.
17 ta’ Lulju
*Sound of Diversity
Jieħdu sehem il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Ars Ludi Percussion Ensemble b’xogħlijiet ta’ Zappa, Glass, Zahra, Cage u McBeth fit-Teatru Mwaqqa’, il-Belt. Tibda fid-9pm u tiswa €8 jew €12.

17 ta’ Lulju - 7 ta’ Awissu
Live, Latin & Jazz
Minn nhar il-Ħamis 17 ta’ Lulju se tibda tittella’ mużika live ta’ Latin u Jazz b’taħlita ta’ Blues u Funk fi Q Bar fil-Valletta Waterfront.

18 ta’ Lulju
Norm Rejection u Martyrium
Iż-żewġ bands metalliċi se jdoqqu live fir-Remedy Rock Club, f’Paceville nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju. Bibien jiftħu fid-9pm u l-biljetti jiswew €5. Żur www.martyrium.net jew www.normrejection.com.

19 ta’ Lulju
Nomad Son/ Archaic Descent
Il-bands metalliċi se jdoqqu fid-9pm. Nomad Son se jniedu s-cd tagħhom, First Light. Dħul hu b’xejn ma’ cd mixtri jew ta’ €7.
Żur www.nomadson.com, www.archaicdescent.com

Teatru

Illejla u għada
*Spanish Blood
Il-grupp Spanjol Azar Teatro se jtella’ teatru tat-triq msejjes fuq Carmen f’Għar id-Dud f’Tas-Sliema fis-7.30pm. Hu spettaklu komiku li jesponi l-clichés u l-miti ta’ Spanja.

14, 15 ta’ Lulju
*Shakespeare’s Romeo & Juliet
It-Teatru Globe se jtella’ Romeo u Ġuljetta fil-Ġnien ta’ l-Argotti
fil-Floriana fid-9pm. Prezz €15.

16, 17 ta’ Lulju
*White as Jasmine
Iben Nagel Rasmussen mill-Odin Teatret se tagħti solo performances fl-MITP tal-Belt fid-9pm. Prezz €12.

18, 19 ta’ Lulju
Peterson Toscano
Drachma flimkien ma’ Warehouse No. 8 se jtellgħu żewġ xogħlijiet teatrali mill-Amerikan Peterson Toscano f’Warehouse no. 8 bl-isem: The Re-Education of George W. Bush & Transfiguration – Transgressing gender in the Bible. Il-prezz hu ta’ €11 jew €15 għaż-żewġ xogħlijiet. Tibda fid-9pm.Għal aktar tagħrif ibgħat fuq drachmalgbt@gmail.com
Wirjiet

Sa llum
Bla Rima
Wirja ta’ xogħol astratt minn Jolene Cini u Sarah Spiteri fis-Sala tal-GWU,
fil-Belt. Il-wirja miftuħa mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mit-8.30am sas-7pm.

Sas-17 ta’ Lulju
*The New Eye of Osiris
Patrick Fenech itella’ wirja ta’ ritratti fil-basement tal-Berġa’ ta’ l-Italja.

Sa l-20 ta’ Lulju
Ċeramika Ċiniża Antika
Wirja ta’ aktar minn 250 oġġett li jmorru lura għas-Seklu 17, 18 u 19 fil-Palazz Maġistrali tal-Forti Sant’Anġlu. Il-wirja miftuħa kuljum mill-10am sas-1pm u mill-4pm sat-8pm. Dħul b’donazzjoni ta’
€5. Tfal jidħlu b’xejn.

Sa l-20 ta’ Lulju
A Commonwealth of Diverse Cultures: Poland’s Heritage
Wirja ta’ 10 dokumentarji qosra dwar il-wirt kulturali tal-Polonja fl-Atriju tal-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Sal-25 ta’ Lulju
*Architect As Artist
Wirja ta’ l-arti tal-perit Richard England fil-Berġa’ ta’ l-Italja li turi xogħlu bħala artist u arkitett.

Sas-27 ta’ Lulju
Portrayals
Tpinġijiet u disinni minn Anna Dumicz
fl-Uffiċċju Ewlieni tal-Heritage Malta fil-Belt.

Sal-31 ta’ Lulju
Caesar Attard
L-artist se juri xi xogħlijiet tiegħu fil-Bank of Valletta ta’
Sta Venera. Il-wirja tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn
it-8am u l-5pm u s-Sibt mid-9am sas-1pm.

 

Sal-31 ta’ Lulju
Viva
It-tieni wirja ta’ ritratti ta’ Matthew Green fil-gallerija art..e fir-Rabat Għawdex. Il-gallerija tinsab f’1, Triq il-Librerija, Rabat Għawdex. Għal aktar tagħrif żur www.hushabyelifestyles.com.

Żfin

30 ta’ Lulju
Cinderella – A Magical Ballet
Il-ħrafa ta’ Cinderella rakkuntata permezz taż-żfin klassiku fil-Awditorju ta’ Sant Agata fir-Rabat. Il-koreografi huma Johane Casabene u Dorian Mallia. Il-biljetti jiswew €12 għall-kbar u €6 għal tfal taħt l-10 snin. Għal aktar tagħrif ċempel 99427933, 21313690 jew żur www.casabene.com.

* Il-biljetti ta’ l-attivitajiet kollha tal-Festival ta’ l-Arti tas-Sajf jinxtraw minn www.maltatickets.com jew mill-ħwienet ta’ l-Agenda l-Exotique, Vodafone, Bookends u Newskiosk.

 

Intervista

Irid iġib il-Laburisti jitbissmu

Kurt Sansone jintervista lil Joe Vella Bonnici


Editorijal
Wiċċ tost


Il Punt
L-għoli tal-ħajja prijorità għall-AD
JMichael Briguglio



Emmanuel Micallef
Tmexxija bil-love letters??!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-messaġġ irid ikun pożittiv



Wenzu Mintoff
Gallarija


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan