Aħbarijiet | 06 ta’ Lulju 2008 Nr 88
Charlon Gouder u Claudette Baldacchino għall-Parlament Ewropew
Julia Farrugia
Marlene Mizzi, l-eks Chairman tas-Sea Malta, qed tissemma bħala waħda mill-kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej. Persuna li tgawdi r-rispett ta’ ħafna, b’negozju tagħha u b’esperjenza twila fl-immaniġġar, Marlene Mizzi qed titqies bħala pedina importanti għall-Partit Laburista.
Ikkuntattjata minn din il-gazzetta Mizzi sostniet li “għadu prematur biex wieħed jikkummenta dwar dan.” Madankollu ma eskludietx li qed tikkunsidra din it-triq ġdida fil-karriera tagħha.
“Ma nistax ngħid li neskludiha. Fid-dinja trid tikkunsidra l-opportunitajiet kollha. Però mhux qed ngħid li din hi l-uniku ħaġa li għandi f’moħħi,” saħqet l-eks Chairman ta’ dik li darba kienet il-linja nazzjonali tal-baħar.
“L-opportunitajiet tiżinhom, tara x’fihom imbagħad meta jkun il-waqt tagħmel l-għażla tiegħek,” kompliet Mizzi.
Mizzi, li sa Diċembru li għadda kienet ukoll direttur fil-Bank of Valletta, hi meqjusa bħala l-persuna moderata li tappella għal firxa akbar ta’ nies inklużi ċrieki li mhux dejjem jaraw għajn m’għajn mal-Partit Laburista.għmel xogħol ta’ kuntatt dirett man-nies bħala parti
għall-kampanja elettorali tagħha fosthom fil-festi, hu Charlon Gouder, il-ġurnalist tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet ta’ l-istazzjon tal-MLP li jgawdi l-appoġġ ta’ eluf deskritti bħala ‘akkaniti’.
Gouder li għad għandu 26, sena ikkonferma ma’ Illum l-interess tiegħu f’kariga
fil-Parlament Ewropew.
“Iva, nikkonferma li qed nagħmel groundwork u nitkellem ma’ ħafna nies. Din hi l-fażi li għaddej minnha bħalissa li niltaqa’ ma’ u nitkellem ma’ ħafna nies.
“Ġejt avviċinat minn numru ta’ persuni dwar dan il-pass,” saħaq il-ġurnalist ta’ ONE Productions.
“Jien inħossni komdu li nifforma parti mill-ġenerazzjoni ġdida ta’ politiċi fil-Partit Laburista. Din hi politika li qed jitkellem ħafna dwarha l-mexxej tal-Partit stess.”
Charlon Gouder qal li iħossu komdu ħafna jgħin f’din
il-missjoni li qed jimbotta l-mexxej ġdid Laburista.
Ġurnalista oħra ta’ ONE Productions li qed tittanta titfa’ n-nomina tagħha bħala kandidata għall-elezzjonijiet għall-ħatra ta’ Membri Parlamentari Ewropej hi Claudette Abela Baldacchino, ġurnalista veterana tal-Partit Laburista.
Mitluba tikkonferma jew tiċħad l-interess tagħha, il-ġurnalista li hi fl-Eżekuttiv tal-MLP għal dawn l-aħħar 10 snin wieġbet fil-pożittiv.
“Iva, interessata. Qed nikkunsidra li f’Ġunju nkun waħda mill-kandidati għal dawn l-elezzjonijiet. Kien hemm nies li avviċinawni nidħol għal dan l-impenn. Mhux biss nies komuni li niltaqa’ magħhom
fit-triq imma wkoll delegati u nies fi strutturi Ewropej.”
“Nemmen li l-MLP għamel xogħol kbir fil-ħames snin li għaddew u t-triq ’il quddiem hi li nkomplu naħdmu fuq l-isfidi li għadna,” sostniet
il-ġurnalista.
Abela Baldacchino, li hi
wkoll il-Viċi Sindku
tal-Qrendi, hi l-Viċi President ta’ l-Assoċjazzoni tal-Kunsilli Lokali u membru tal-Kumitat tal-Mediterran f’isem
is-Soċjalisti Ewropej. Hi wkoll il-Viċi President tas-Soċjalisti fil-Kungress tal-Kunsill ta’ l-Ewropa fi Strasburgu.
Biex persuna tkun tista’ toħroġ bħala kandidata f’isem il-Partit Laburista isimha jrid ikun approvat mid-delegati f’Konferenza Ġenerali għal ta’ l-apposta.
Ħames snin ilu Claudette Abela Baldacchino kienet waħda milli ssottomettiet isimha għall-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali imma m’għamlithiex għal voti li tgħoddhom fuq id waħda.
Ġimgħa ilu f’laqgħa ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-MLP kien unanimament deċiż li matul il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-4 u fil-5 ta’ Awissu fost l-oħrajn se tkun diskussa emenda għall-istatut tal-MLP dwar l-għażla tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
S’issa biex wieħed jintagħżel kandidat irid iġib l-approvazzjoni ta’ 70 fil-mija tad-delegati.
Il-mozzjoni se titlob dan il-persentaġġ għoli jitniżżel ’l isfel. Jidher li se tkun imbuttata wkoll l-idea li minflok f’Novembru, il-kandidati Laburisti jkunu approvati f’konferenza li ssir fil-bidu ta’ l-2009, sitt xhur qabel l-elezzjoni ta’ Ġunju.
|
|
Kurt Sansone jintervista lil Ministru Tonio Fenech
Editorijal

Il Punt
John Dalli

Carmelo Mifsud Bonnici

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|