MediaToday

Pjazzetta | 06 ta’ Lulju 2008 Nr 88

Ebejer kien persuna li tibqa’ tiftakar

Għada u pitgħada se tittella’ Għażiż Francis li tiċċelebra lil Francis Ebejer. Mill-ewwel darba li ttella’ dan ix-xogħol sar tibdil fil-produzzjoni u fil-kitba tiegħu li ħa ħsiebha Marco Galea minbarra li żdiedu l-atturi.
Din il-gazzetta intervistat lil Peter Busuttil, direttur u attur, f’dan ix-xogħol biex jitkellem dwar Francis Ebejer u l-istil Ebejeresk tiegħu, il-qasam teatrali f’Malta u kif jaħdem ma’ l-atturi.
Jibda billi jgħid x’kien japprezza f’Ebejer u n-nuqqas li ġieli jħoss f’kitbietu. “Kien awtur ġeneruż, direttur enerġetiku u surmast li jimpressjona. Ta kontribut lill-kitba u lill-kelma Maltija. Tana wirt ta’ teatru u rumanzi. Kien persuna li tibqa’ tiftakar. Kien fuq ruħu u jħobb il-ħajja. Dwar il-kitba, uħud mix-xogħlijiet huma twal bla bżonn imma anke dan parti mill-istil tiegħu.”
Bħala Ebejeresk hu jħoss li Ebejer kellu stil partikulari ta’ kif jikteb li jaqleb min-naturalistiku għas-surreali.
“Iħobb juża ħafna kliem. Kultant juża wisq kliem imma definittivament għandu stil li jispikka bħala wieħed ta’ kittieb Malti prolifiku li x-xogħlijiet huma lokali u universali fl-istess ħin, politiċi u soċjali.”
Dwar it-teatru f’Malta Busuttil iħoss li “l-biċċa l-kbira ta’ l-attitudni tagħna u l-mod kif naħdmu hu ħażin. Hawn wisq mill-istess jew mill-istess ġeneru ta’ teatru. Minbarra li mhux kulħadd jista’ jkun tabib bħalma mhux kulħadd jista’ jkun attur.
“Nixtieq li naħsbu dwarha (ir-reċtar) bħala professjoni u l-istess jgħodd għal meta tgħallem id-drama. Hemm bżonn nintebħu bir-responsabbiltà ta’ meta ngħaddu t-teknika ta’ professjoni speċjalment lit-tfal żgħar. It-teorija importanti iżda trid tkun magħquda mat-teknika.
“Irid ikun hemm raġuni għaliex hemm skejjel teatrali għall-professjonisti jew le?”
Mistoqsi dwar kif iddeċieda dwar il-kast, wieġeb: “Mhemmx raġuni partikulari. Jien naħdem ma’ kulħadd, anki ma’ nies li qatt ma nkun iltqajt magħhom, aħseb u ara li rajthom jaħdmu.”
F’Għażiż Francis jieħdu sehem ukoll Pino Scicluna, Daniela Vella, Marcelline Galea, Ruth Sammut Casigena, Jo Caruana, Chiara Hyzler, Eileen Spiteri, Eliza Farrugia, James Camilleri, Manwel Cassar, Rene Pace, Maurizio Gauci, Mark Schembri u Colin Fitz. Il-mużika hi f’idejn Aldo u Mark Spiteri u d-direzzjoni teknika f’idejn Keith Chetcuti u Chris Mallia.
Ix-xogħol jittella’ fis-7 ta’ Lulju u fit-8 fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt fid-9pm. Id-dħul hu ta’ €8.

Intervista

Tonio fuq il-hot plate

Kurt Sansone jintervista lil Ministru Tonio Fenech



Il Punt
Sostenibbiltà, ġustizzja u protezzjoni
John Dalli



Carmelo Mifsud Bonnici

Id-demokrazija mhix statika



Wenzu Mintoff
Numri


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan