Pjazzetta | 29 ta’ Ġunju 2008 Nr 87
Festi
Illum
L-Imnarja, Buskett
San Ġorġ, Ħal Qormi
Marija Bambina, Naxxar
6 ta’ Lulju
Sacro Cuor, Tas-Sliema
Sant’Andrija, Ħal Luqa
Immakulata Kunċizzjoni, Ħamrun
San Ġużepp, Kalkara
Festivals
Sa l-14 ta’ Lulju
Victoria International Arts Festival
Il-11-il edizzjoni ta’ dan il-festival Għawdxi hu ċelebrazzjoni ta’ mużika. Il-kunċerti huma kollha b’xejn u jibdew kollha fit-8pm. Għal aktar tagħrif ċempel lill-Bażilika ta’ San Ġorġ fuq 21556377 jew ibgħat fuq frgfrendo@yahoo.co.uk. Żur www.stgeorge.org.mt
Sat-12 ta’ Lulju
Kinemastik Short Film Festival
Din ir-raba’ edizzjoni tal-festival tinkludi films mill-Belġju, mir-Renju Unit, min-Norveġja, minn Franza u anki minn Malta. Qabel iż-żewġ iljieli fil-Ġnien tal-Gardjola, se jintwerew xi films madwar Malta kif ukoll jingħataw workshops. Għal aktar tagħrif żur www.kinemastik.org
1 – 17 ta’ Lulju
Il-Festival ta’ l-Arti tas-Sajf
It-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival organizzat mill-Kunsill ta’ l-Arti u l-Kultua. Matul il-ġimagħtejn se jittellgħu produzzjonijiet Maltin u barranin ta’ kunċerti, drama u żfin. Għal aktar tagħrif ċempel 21245168 jew żur www.maltaculture.com.
4 – 6 ta’ Lulju
Marsovin Summer Wine Festival
L-ewwel festival tal-Marsovin li se jittella’ fil-Ġnien ta’ Hastings fil-Belt. Minbarra li jinbigħu diversi tipi ta’ nbid, il-ġnien se jkun maqsum f’erba’ taqsimiet: l-Italja, Malta, Spanja u l-Marokk, b’kull sezzjoni tinkludi l-mużiċisti tagħha li jdoqqu mużika tipika tal-pajjiż u anki ikel.
26 ta’ Lulju
Extreme Maltese Metal Festival
20 band Maltija se jkunu mqassma fuq palk għall-mużika metal u ieħor għar-rock fil-festival li se jsir fil-Montekristo Estates fis-Siġġiewi mit-3pm. Dħul hu ta’ €20. Se jkun hemm trasport dirett mil-lukanda Phoenicia mill-Furjana fit-3pm u lura fis-2.30am. Żur
www.extrememaltesemetal.com.
Nightlife
Illum
Sunset Sundays
Pure Promotions u Fresh Music Agency, f’għeluq is-snin ta’ DJ Ruby, jippreżentaw erba’ sigħat sħaħ ta’ mużika b’għażla ta’ diski li saru klassiċi fil-ġeneru tagħhom fil-klabb fil-miftuħ ta’ Numero Uno f’Ta’ Qali. Jiftaħ il-lejla DJ Ryan.
5 ta’ Lulju
Salvation
Party tal-Gay Pride fil-Groove Gardens ta’ Gianpula mill-10.30pm ’il quddiem. Jieħdu sehem Ira Losco, DJ Andy Luca, Coco Da Housebitch u DJ Pier Morocco. Il-biljetti jiswew €10.50 u jinkisbu minn MatchMusic, Offshore, Cucoo’s u Collezione. Ċempel 79272601, 79292107
Mużika
2 ta’ Lulju
* Stefan Cassar & Quator Stringendo
Stefan Cassar, wieħed mill-aħjar mużiċisti Maltin, se jingħaqad mad-double bassist Martin Bea u l-Quator Stringendo minn Franza għal kunċert li se jsir fil-bitħa tal-Palazz fil-Belt fid-9pm. Ix-xogħlijiet li se jindaqqu huma ta’ Kodaly, Schnittke u Chopin. Il-biljetti jiswew €15.
3 ta’ Lulju
* Maltese Contemporary Music
Dan il-programm fih għażla ta’ kompożizzjoniet tal-mużika minn uħud mill-kompożituri Maltin li għandna bħalissa. Jieħdu sehem Pawlu Grech, Albert Garcia, Joseph Vella, Raymond Sciberras, John Galea, Charles Camilleri u Ruben Zahra. Il-kunċert jibda fid-9pm u l-biljetti jiswew €10.
4 ta’ Lulju
*Enrico Dindo & Solisti di Pavia in Concert
Dindo din id-darba se jieħu sehem bħal solist u konduttur tas-Solisti di Pavia. Fil-kunċert jindaqqu xogħlijiet ta’ Corelli, Vivaldi, Mendelsshon, Molinelli u Haydn. Il-kunċert li se jsir fil-bitħa tal-Palazz fil-Belt, fid-9pm. Il-biljetti jiswew €15.
4 ta’ Lulju
Areola Treat E.P. Launch
Il-band se tniedi l-EP ġdid tagħhom f’Poxx Bax f’Paceville. Huma se jkunu akkumpanjati minn Cable 35 u DJ Jeanz. Il-bibien jiftħu fid-9.30pm. Id-dħul hu ta’ €6 jew €10 li jnkludi l-EP.
4, 5 ta’ Lulju
*Jazz Fringe!
Fringe! Productions jippreżentaw it-tieni edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Jazz li se jsir fil-Ġnien ta’ l-Argotti fil-Furjana. Fl-ewwel lejl se jkun hemm il-grupp Prez-Pilon minn Pariġi u 3por6 mill-Brażil. L-għada jibda jdoqq il-pjanist Cristophe Adams fid-9pm u warajh ikompli l-mużiċist Taljan Nico Gori. Żur www.myspace.com/jazzfringe.
5 ta’ Lulju
*Music in Motion
Alter Ego Ensemble se jagħtu kunċert li joffri spettaklu tal-mużika Amerikana avantgarde. Fost ix-xogħlijiet Amerikani Kontemporanji se jtellgħu ta’ Gordon, Reich, Lang, Johnson u Curran. Il-kunċert se jsir fil-bitħa tal-Palazz fil-Belt fid-9pm. Il-biljetti jiswew €12.
9 ta’ Lulju
Winter Moods
L-akbar kunċert tal-band Sengleana fil-Valleta Waterfront bis-supporting band, Salt. Il-kunċert qed jittella’ minn NnG Promotions u Vodafone Music Jam. Il-biljetti jiswew €10. Klijenti tal-Vodafone jieħdu biljett b’xejn ma’ kull wieħed li jinxtara. Hemm numru limitat ta’ biljetti VIP ta’ €20. Il-biljetti jinxtraw
minn www.maltaticket.com. Żur www.wintermoods.net.
Teatru
2 – 5 ta’ Lulju
* The Pardon Beggars
Ir-radjudramm ta’ Vince Vella, li kien rebaħ fil-Europe in the BBC World Service & British Council International Radio Playwriting Competition 2007. Dan ġie addattat għall-palk. Jibda fid-9pm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu u jidderieġih Chris Gatt. Jieħdu sehem Pia Zammit, Coryse Borg, Manuel Cauchi u John Suda. Il-biljetti jiswew €8. Żur www.maltaticket.com.
5 – 9
Macbeth
MADC tippreżenta d-dramm Skoċċiż f’Forti Sant’Iermu b’direzzjoni ta’ l-Awstraljan Geoffrey Borny. Il-kast magħmul minn Pawlu Portelli, Charlotte Stafrace, Alan Paris, Jean Pierre Agius, Colin Willis, Paula Fleri Soler, Faye paris, Katherine Brown u Maxine Calleja Urry. Żur www.madc.biz.
7 – 8 ta’ Lulju
* Għażiż Francis
Proġett teatrali fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja li jiċċelebra lil Francis Ebejer fid-9pm. Direzzjoni ta’ Peter Busuttil u Katlina June. Ix-xogħol teatrali kien riċerkat, miktub u addatta minn Marco Galea billi uża xi xogħlijiet ta’ Ebejer stess. Fost l-atturi qed jieħdu sehem Pino Scicluna Peter Busuttil, Marcelline Galea, Ruth Sammut Casigena, Jo Caruana, Chiara Hyzler u Colin Fitz. Il-mużika f’idejn Aldo Spiteri u Mark Spiteri.
Il-biljetti jiswew €8.
8 – 11 ta’ Lulju
* Vaudevilles
Actinghouseproductions qed ittella’ żewġ kummiedji miktuba minn Anton Chekhov fis-Swar tal-Vitorja (l-Ospizio) fil-Furjana. Jieħdu sehem Tobias Lehmann, Irene Christ, Edward Mercieca u Graham Arnold. Id-direzzjoni hi ta’ Stephan Baumecker u l-mużika Russa se tindaqq live minn Yuti Charyguine fuq l-accordian u mill-vjolinista Nemania Ljubinkovic. Tibda fid-9pm. Il-biljetti jiswew €8. Żur www.actinghouseproductions.com.
Wirjiet
Sa l-20 ta’ Lulju
A Commonwealth of Diverse Cultures: Poland’s Heritage
Wirja ta’ multimedia li tikkonsisti f’10 dokumentarji qosra dwar il-wirt kulturali tal-Polonja li se tinżamm fl-Atriju tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Qed tittella’ mill-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Polonja u l-Kavallier San Ġakbu.
Sa l-10 ta’ Lulju
Bloodline
Għażla mix-xogħlijiet ta’ familji artistiċi Maltin: Espirit u Simon Barthet; Giuseppe Calì, Mary de Piro u Philippa Bianchi; Antoine, Gerald u Antoine-Paul Camilleri; Victor u Andrew Diacono; l-aħwa Edward, Robert u Debbie Caruana Dingli, Blanche Ellul Sullivan u Anna Grima; Arnold u Nicola Sultar f’Gallerija G, nru 4, Triq Sir Ugo Mifsud, Ħal Lija. Il-wirja miftuħa bejn id-9pm u l-5pmmit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9.30pm san-12.30pm kull nhar ta’ Sibt. Ċempel 21421984/5.
Sat-13 ta’ Lulju
Bla Rima
Wirja ta’ xogħol astratt minn Jolene Cini u Sarah Spiteri fis-Sala tal-GWU, fil-Belt. Il-wirja miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sas-7pm.
Sal-31 ta’ Lulju
Caesar Attard
L-artist se juri xi xogħlijiet tiegħu fil-Bank of Valletta ta’ Sta Venera. Il-wirja tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm u s-Sibt mid-9am sas-1pm.
3 – 6 ta’ Lulju
Malta Digital Arts Expo
Wirja mifruxa fuq erbat ijiem li tinkludi seminars u workshops dwar it-teknoloġija diġitali, industriji kreattivi ta’ l-IT u servizzi pubbliċi fil-lukanda Hilton f’San Ġiljan. Għal aktar informazzjoni żur
www.digitalartsexpo.com.
5 – 31 ta’ Lulju
Viva
It-tieni wirja ta’ ritratti ta’ Matthew Green fil-gallerija art..e fir-Rabat Għawdex. Din il-wirja tittratta l-festi u l-fanatiżmu reliġjuż f’Malta, il-pajjiż u l-ħajja ta’ kuljum. Il-gallerija tinsab f’1, Triq il-Librerija, Rabat Għawdex. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mis-Sibt sal-Ħamis bejn id-9.30am u l-12.15pm u l-Ġimgħa bejn id-9.30am u l-12.15pm u l-5pm u s-7pm. Ħinijiet oħra bl-appuntament ċempel 99804774. Żur www.hushabyelifestyles.com.
Żfin/ Arti Marzjali
6 ta’ Lulju
* Ballet National De Marseille
Bil-kollaborazzjoni ta’ l-Ambaxxata Franċiża f’Malta u l-Alliance Françiase de Malte, il-Ballet Nazzjonali ta’ Marsilja se jtellgħu tliet korjografiji: Somewhere, Le Pas de Deux d’Herman Schmerman u Por Vos Muero fit-Teatru Mwaqqa’ tal-Belt fid-9pm. Il-biljetti jiswew €12, €15.
11, 12 ta’ Lulju
Shaolin Kung Fu Monks
Spettaklu tas-setgħat mistiċi mill-Maestri tal-Kung Fu ta’ Shaolin li ġejjin mill-Provinċa ta’ Henan. L-ispettaklu se jittella’ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt. Il-biljetti jinkisbu minn Dar il-Mediterran stess fuq 25595750/1 jew bookings@mcc.com.mt. L-uffiċċju tal-biljetti jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10am u s-1pm u mill-5pm sas-pm. Il-Ħadd u f’festi pubbliċi jiftaħ mill-10am sas-1pm biss. Żur www.shaolinmonksinmalta.com.
* Il-biljetti ta’ l-attivitajiet kollha tal-Festival ta’ l-Arti tas-Sajf jinxtraw minn www.maltatickets.com jew mill-ħwienet ta’ l-Agenda l-Exotique, Vodafone, Bookends u Newskiosk.
|